Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Diċembru 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal l-awguri tiegħu għal Milied lill-impjegati u l-kollaboraturi tal-Kurja b’messaġġ sabiex il-bniedem jibqa’ dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma pastorali u amministrattiva li jwettqu dawk li jaħdmu fl-entitajiet tal-Knisja.

Intant, fi zmien il-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, l-uffiċċji tal-Kurja, Floriana, inkluz l-uffiċċju taz-zwiġijiet u t-taqsima tal-Amministrazzjoni, kif ukoll l-uffiċċji tat-Tribunal Ekklezjastiku fil-Belt, se jkunu magħluqin għall-pubbliku mill-Ġimgħa, 24 ta’ Diċembru, u jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn 3 ta’ Jannar, 2011.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]