• ***

    Direttur: Justin Lin
    Atturi:  John Cho, Simon Pegg, Chris Pine, Zachary Quinto, Zoe Saldana, Karl Urban, Anton Yelchin u Idris Elba.
    Ħin tal-Film: 122 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
     
    Tlett snin waqt il-vjaġġ li USS Enterprise kienet qegħda twettaq, il-Kaptan Krill jiddeċiedi li jagħmlu żjara qasira fuq il-bażi Yorktown biex ifornu l-vettura b’ikel u xorb waqt li l-kru jieħdu ftit ġranet ta’ vaganza. Il-Kaptan James Kirk  beda ssaqsi lilu nnifsu sens kienet qegħda tagħmel din il-missjoni tagħhom! Għalhekk  applika għal promozzjoni biex jilħaq Viċi Ammirall ġewwa Yorktown. Sadanittant, Hikaru Sulu tingħaqad mar-raġel tagħha u t-tifla, waqt li Spok u Nyota Uhura ġew fi ftehim li jtemmu r-relazzjoni bejniethom, kif ukoll Montgomery Scott kien qiegħed jagħmel ħiltu biex iżomm il-vettura taħdem. Spock anke jirċievi l-aħbar li l-Ambaxxatur Spock kien miet. Meta pod tasal f’Yorktown xejn mistennija, b’ Kalara fuqha u li kienet salvat, tgħidilhom li l-vettura tagħha kienet tinsab  inkaljata fuq Altamid, pjaneta fin-nebula. Din kienet nasba minnaħa tagħha biex il-vettura Enterprise tintbagħat għall-missjoni biex isalva din l-vettura.  Fil-fatt, waqt din il-missjoni ssibu ruħhom attakkati minn  numru kbir ta’ vetturi żgħar,  b’riżulat li l-Enterprise ssofri ħsarat kbar. Il-Kmandant Krall li kien qiegħed imexxi din l-invażjoni, jitla’ fuq l-Enterprise biex jaħtaf f’idejh biċċa opra aljena li Kirk kien irnexxielu jaħtaf f’waħda mill-missjonjiet li kien wettaq fil-passat. Sadanittant, l-Enterprise tikkraxxja fuq il-pjaneta waqt li l-kru jirnexxielhom jabbandunaw fil-ħin permezz ta’ pods.  Fuq il-pjaneta, Sulu, Uhura u xi ftit mill-kru jinqabdu minn Krall.  Kirk u Chekov akkompanjati minn Kalara, li kienet allejata ma’ Krall, isibu  parti mill-vettura. Biex ma jinqabdux minn Krall, Kirk jattiva l-vettura u fil-proċess  jolqot lil  Kalara. Sadanittant Spock li kien midrub serjament, flimkien ma’ Loeonard  McCoy jaghmlu ħilthom biex isibu l-kumplament tal-kru. Sadanittant Scotty tkun salvata minn Jaylah li kien irnexxielu jaħrab minn idejn Krall.  Scotty tieħu lil Jaylah fit-tifrik ta’ USS Franklin li kien intilef madwar mitt sena qabel.  X’jiġri minn hawn? Tgħid jirnexxielhom jingħaqdu flimkien,  Scotty, Kirk, Chekov, McCoy u Spock biex joffru  resistenza lil Krall?  X’kellu f’moħħu Krall?
    Film Amerikan ta’ fantaxjenza, taħt id-direzzjoni ta’ Justin Lin,  hu t-tletax–il film fis-sensiela Star Trek. Minħabba vjolenza, għalkemm mhux imdemmija, l-istorja fiha nfisha, kif ukoll mġieba mhux dejjem korretta,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.