Biex jiċċelebra d-diversità fl-għaqda tal-fidi Kattolika, l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa bl-Ingliż flimkien mal-Kattoliċi kollha li jitkellmu lingwi differenti, iżda kollha jqisu lil Malta bħala darhom, biex jiċċelebraw is-sbuħija tad-diversità tagħhom waqt li jaqsmu bejniethom l-għaqda tal-Ewkaristija.

Il-quddiesa se ssir fil-25 ta’ Marzu fil-6pm fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Wara jkun hemm riċeviment żgħir biex dawk preżenti jkunu jistgħu jkomplu jiċċelebraw din l-għaqda.

Għal aktar tagħrif ibgħat email fuq [email protected].