• B’referenza għal rapporti fil-midja, il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli tixtieq tiċċara li deċizjonijiet dwar priġunieri li jingħataw il-parole jittieħdu mill-Bord tal-Parole. Id-deċizjoni meħuda mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi f’Ottubru 2011, li permezz tagħha Br Godwin Scerri tneħħa mill-istat klerikali, tibqa’ fis-seħħ.