• Għada, il‑Ħamis, 22 ta’ Frar 2018, ser issir laqgħa ta’ talb għar‑Randan, fis‑6.30pm, fil‑Knisja Kattolika Griega tal‑Madonna ta’ Damasku, fi Triq l‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. It‑tema ta’ din il‑laqgħa hija: “Indmu. Duru lejn il‑Mulej”.

    Komunità ta’ Taizé se tkun qed tkanta innijiet biex tgħin lil dawk preżenti jidħlu fl-atmosfera tar-Randan. Kull min se jattendi hu mħeġġeġ iġib miegħu silta biblika li tfakkru fir‑Randan jew iqisha bħala importanti waqt ir‑Randan.

    Din il‑laqgħa hi organizzata mill‑Kunsill Ekumeniku Malti (Christians Together in Malta).