Fil-programm ta din il-gimgħa ser jiġi diskuss kif nistaw nibnu relazzjoni intima ma Ġesu’.Naraw kemm iħobbna u kemm insibu għajnuna meta aħna nafdaw kompletament fiH. Fr Nichalas ser jiddiskuti ma’ Ian fuq id-dixxerniment… kelma tqila li forsi mhux kullħadd jifhem x’hini.  L-Arċisqof flimkien ma Paul Jnr u żagħżagħ oħra, ser iwiegeb għal xi mistoqsijiet li jittrattaw fuq il-Vanġelu tal-Ħadd. Ser ikun hemm ukoll reċta ħelwa ħafna li żgur ser tkompli tgħina naraw kif nistaw nibnu din-ir-relazzjoni speċjali ma Ġesu’.  Iż-żagħżugħ Mykel Fenech ser jaqsam l-esperjenza li kellu meta żar id-Desert tal- Judea ġewwa Ġerusalem.

Il-programm  jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa, wara l-aħbarijiet tan-NET NEWS tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija, b’ripetizzjonijiet oħra matul il-ġimgħa.

Ser ikun hemm membri tal-Komunità Marana Thà biex iwieġbu għat-telefonati fuq in-numri li ser jidhru waqt il-programmi kollha. Jistgħu jintbagħatu wkoll messaġġi fuq in-numru 79474447.