• ****

    Direttur: Patricia Riggen
    Atturi: Antonio Banderas, Rodrigo Santoro, Juliette Binoche
    Ħin: 120 minuti

    Maħruġ minn KRS Releasing Limited

    Klassifika tal-Gvern: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    F’Awissu tal-2010, is-saqaf ta’ minjiera tar-ramm u d-deheb f’Copiapo, iċ-Chile, sfonda u ħalla 33 ħaddiema maqbudin, elfejn u tlett mitt pied taħt l-art. Din il-ġrajja u l-isforzi biex jeħilsu u jsalvaw lil dawk il-ħaddiema inweriet diretta fuq it-televiżjoni u ġibdet l-attenzjoni tan-nies madwar id-dinja kollha. Il-gvern taċ-Chile mall-ewwel beda operazzjoni, ta’ salvataġġ, fil-waqt li l-familji u l-ħbieb tal-ħaddiema bdew jagħmlu velji ta’ talb. Għall-ewwel kien hemm il-periklu li dawk maqbudin taħt l-art imutu bil-ġuħ u l-għatx, imma wara li nfetħet toqba bdew inewlulhom xi provvisti. Il-problema mbagħad kienet kif se jeħilsu lil dawk maqbudin taħt l-art qabel ma’ jiddispraw jew ikompli jisfronda s-saqaf u joqtolhom. L-operazzjoni tas-salvataġġ damet sejra 69 ġurnata, sakemm inħelsu kollha fit-13 t’Ottubru.

    Film drammatiku dwar din it-traġedja. Il-film joħloq atmosfera ta’ tensjoni u stennija, u Antonio Banderas jaqla’ l-parti ta’ Mario Sepulveda, il-kap tal-ħaddiema tal-minjiera. Il-film fih temi adulti, xi xeni ta’ dmija u xi kliem ħażin. Jgħodd għal dawk ‘l fuq minn 15 il-sena.