• Direttur: Steven Spielberg                          
    Atturi: Mark Rylance, Ruby Barnhill, Penelope Wilton, Jemaine Clement, Rebecca Hall, Rafe Spall u Bill Hader
    Ħin tal-Film: 117 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG
     
    Sophie, tifla ta’ għaxar snin, tgħix ġewwa orfanatrofju f’Londra. Lejla waħda, tqum matul il-lejl u kif tħares barra mit-tieqa, tilmaħ ġgant. Il-ġgant jaħtaf lil Sophie u jeħodha fil-Pajjiż tal-Iġganti. Hemm jispjegalha li kien importanti ħafna għaliha li tibqa’ tgħix hemm għal għomorha minnħabba l-fatt li hi kienet ntebħet bih u hu ma riedx li ħaddieħor isir jaf bih.  Il-ġgant jintroduċi lilu nnifsu bħala Big Friendly Giant (fil-qosor BFG). Dak il-lejl stess BFG  jgħaddiha mill-ħmar il-lejl fejn juriha x’jiġri minnha jekk tipprova taħrab: tispiċċa mikula minn ġganti ikbar minnu. Meta Sophie, tintebaħ li BFG kien għaddiha minn ħmar –il-lejl, BFG jerġa’ jispjegalha li tabilħaqq  kienu jeżistu ġganti ikbar minnu li kienu jieklu n-nies. Fil-waqt, jidħol fuqhom il-kap tal-iġganti: Fleshumpeater. Sophie tistaħba f’kaxxa mimlija ħaxix. B’ xorti tajba, Fleshumpeater ma kienx jħobb jiekol. BFG jkompli jispjega lil Sophie  li hu kien kapaċi jaqbad il-ħolm. Sophie wara ħafna talbiet, tipperswadi lil BFG biex jeħodha fil-Pajjiż tal-Ħolm. BFG jċedi għat-talba tagħha iżda qabel kien hemm bżonn li jgħaddu minn qalb Fleshumpeater u sħabu li b’xorti tajba kollha kienu reqdin. Iżda aċċidentalment huma u għaddejin, il-ġganti jqumu u jibdew jibbuljaw lil BFG u jistiednuh biex jilgħab magħhom. Fortunatament ma jintebħux b’Sophie iżda meta t-tnejn jirnexxielhom jaħarbu, Sophie waqqgħet il-gverta minn fuqha. L-iġganti jsibu l-gverta u  jiddeċiedu li jmorru jfittxuha.  BFG u Sophie jaslu fil-Pajjiż tal-Ħolm fejn hemm jirnexxielhom jaħtfu żewg ħolmiet rigward Sophie. L-ewwel waħda kienet ħolma tajba, it-tieni ħmar il-lejl  fejn Sophie kienet sejra twettaq att kriminali li ma jinħafirx. It-tnejn imorru Londra biex ikunu jistgħu jgħaddu ħolm sabieħ lit-tfal. X’jiġri minn hawn? Sadanittant il-ġganti kienu fit-triqthom biex isibu lil Sophie. Tgħid jirnexxielhom isibuha u jikluha?
    Film Amerikan, avventura ta’ fantasija  taħt id-direzzjoni tal-famuż Direttur Steven Spielberg,  kitba ta’  Melissa Mathison. Tajjeb li tfal żgħar ikunu akkompanjati minn xi adult.