• **

    Direttur:        Damon Beesley, Iain Morris
    Atturi:            Simon Bird, James Buckley, Blake Harrison, Joe Thomas
    Ħin:                96 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  15
    Klassifika tal-Knisja:      18
     
    Madwar sitt xhur wara l-ġrajja ta’ l-ewwel film, Simon u Neil imorru jaraw lil Will li issa jinsab fl-universita’ ta’ Bristol fejn ma tantx jidher li qiegħed miexi tajjeb, filwaqt li Simon għandu l-problemi tiegħu ukoll minħabba li t-tfajla li ltaqa’ magħha s-sajf ta’ qabel fi Kreta trid tibqa’ mwaħħla miegħu. Milli jidher seħibhom Jay li qiegħed għal sena fl-Awstralja qed igawdi ferm aktar minnhom. Għalhekk, fil-vaganzi ta’ l-Għid jiddeċiedu li jitilqu lejn l-Awstralja u jagħtu sorpriża lil Jay. Fil-fatt isibu li l-ftaħir ta’ Jay dwar l-avventuri sesswali tiegħu kien biss ħolm. Madankollu, l-erba’ li  huma jiddeċiedu li jerħula lejn Byron Bay fin-naħa ta’ fuq ta’ l-Awstralja bit-tama li hemm isibu l-avventuri sesswali li kienu joħolmu bihom.
     
    Film kummiedja li jsegwi fuq l-ewwel film li ħareġ fl-2011 dwar l-avventuri ta’ erba’ żgħażagħ Ingliżi. It-tema prinċipali tal-film huwa s-sess, iżda jittratta wkoll il-problema ta’ meta wieħed iħossu barra minn postu fost dawk ta’ madwaru. Il-film fih xeni ta’ nudiżmu, kliem u sitwazzjonijiet sesswali, u ħafna kliem oxxen.  Jgħodd għal udjenza adulta.