• Direttur:          David Alaux

    Ilħna:               Paul Borne, Philippe Bozo, Pascal Casanova, Emmanuel Curtil, Michel Mella, Celine Mo:ntsarrat u Laurent Morteau

    Ħin tal-Film:    97 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG

    Maurice, mis-sura tiegħu kont taħsbu  li kien pingwin,  iżda ġewwa fih hemm il-personalità ta’ tigra. Dan minħabba l-fatt li Maurice kien trabba minn tigra u għaldaqstant, ħa l-istint ta’ tigra: ma jibża’ minn xejn u għandu l-ħila li jkun mexxej tal-annimali l-oħra li kienu jgħammru ġewwa l-ġungla. L-uniku ħaġa li kienet tmur kontra tiegħu kienet li hu kien l-iktar mgħallem tal-Kung-Fu goff u żgarbat.

    Madankollu, Maurice kien iħoss li kienet il-missjoni tiegħu, li flimkien mal-ħbieb tiegħu: The Jungle Bunch, jara li fil-ġungla kienet tinżamm l-ordni u li dejjem titwettaq il-ġustizzja ma’ kulħadd. Dan wara kollox kif kien ġie mrobbi mit-tigra li kienet ħadet ħsiebu u li għenet mhux bil-ftit biex Maurice jrawwem fih esperjenzi pożittivi ta’ ordni u  ġustizzja. Kollox deher sejjer sew sakemm fix-xena jidħol Igor,  kuala ħazin u korrott li ried jeqred il-ġungla darba għal dejjem. Dan kien lest li jagħmlu bl-għajnuna li kienu lesti jtuħ armata sħiħa ta’ babbwini stupidi iżda għalkemm stupidi,  setgħu jagħmlu ħsara kbira fl-ambjent sabiħ li kien jeżisti fil-ġungla. Hawn issa fejn Maurice ħass il-ħtieġa, li flimkien ma’ shabu The Jungle Bunch ma jħallux lil Igor iwettaq il-pjan tiegħu. Kif sejrin jagħmlu dan?  Tgħid jirnexxielhom jegħlbu l-armata ta’ babbwini li Igor kien ġabar għal warajh?

    Film Franċiż – Amerikan – Brittaniku,  animat għal serje televiżiv, maħluq minn Jean-Francois Tosti, David Alaux u Eric Tosti. Minħabba li l-film għandu xeni ta’ vjolenza, għalkemm ħadd ma jidher li jweġġa’ serjament, ikun tajjeb li t-tfal iż-żgħar ikunu akkumpanjati minn xi adult.