F’dawn il-ġranet, Fr Charles Tabone OP u Mr Kevin Papagiorcopulo, mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja, flimkien ma’ Fr Jesmond Manicaro, responsabbli mill-Liturġija, kienu Ruma biex jħejju għaż-żjara tal-Papa f’Malta. Huma ltaqgħu ma’ Padre Frederico Lombardi S.J., id-direttur ġenerali tas-Sala Stampa tas-Santa Sede, tar-Radju tal-Vatikan u taċ-Ċentru televiziv tal-Vatikan, kif ukoll mad-diriġenti u t-tekniċi tar-Radju tal-Vatikan u taċ-ċentru televiziv. Laqgħat oħra kienu mad-direttur tal-gazzetta uffiċjali tal-Vatikan, l-Osservatore Romano. Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi d-dettalji marbuta mall-vjaġġ tal-Papa u l-esiġenzi tal-media nternazzjonali. Hu mistenni li mal-Papa jiġu Malta madwar 50 ġurnalist minn diversi pajjizi. F’Malta ntant, twaqqaf kumitat organizattiv ippresedut minn Mons Charles Cordina. Dan il-kumitat qed jaħdem bis-sħiħ biex din iż-żjara tħalli l-frott mixtieq.