• It-Tlieta, l-1 ta’ Settembru 2015, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien li nieda l-Papa Franġisku, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, attendew għal attività ta’ talb u tħawwil ta’ siġra fil-Park Nazzjonali, Ta’ Qali. Din l-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u għaliha attendew rappreżentanti tal-partiti politiċi, mexxejja ta’ denominazzjoniiet Insara oħra, rappreżentanti ta’ għaqdiet ambjentali u tal-iżviluppaturi, u studenti minn Skolasajf San Pawl il-Baħar.  
  • Ritratti: Photocity, Valletta.

    www.photocitymalta.com