Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta qed tilqa’ applikazzjoni għal dawn il-korsijiet li se jiftħu f’Ottubru 2020:

  • Ċertifikat fil-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ – programm ġdid offrut fuq bażi part-time (filgħaxija) u mifrux fuq żewġ semestri. Hu offrut f’kollaborazzjoni mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, mad-Dipartiment tal-Liġi Ċivili u mas-Safeguarding Commission Malta.
  • Baċellarat fit-Teoloġija – kors li fih it-Teoloġija tista’ tkun studjata bħala suġġett ewlieni jew flimkien ma’ suġġett ieħor. Il-programm hu offrut fuq bażi full-time (matul il-ġurnata) u part-time (filgħaxija).
  • Master fit-Teoloġija – programm offrut fuq bażi part-time (filgħaxija) u mifrux fuq tliet snin, b’sentejn minnhom iddedikati lir-riċerka.
  • Master fl-Istudji Reliġjużi – programm offrut fuq bażi part-time (filgħaxija) u mifrux fuq tliet snin, b’sentejn minnhom iddedikati lir-riċerka.

Kandidati prospettivi għal dawn il-korsijiet jistgħu japplikaw għal boroż ta’ studju differenti offruti mill-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi minn www.um.edu.mt/theology/bursaries. L-applikazzjonijiet jagħlqu fl-1 ta’ Ottubru 2020.

Għal aktar informazzjoni, kkuntattja l-Fakultà fuq [email protected] jew fuq 2302767.