• Tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14 

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jniedi it-tema tas-sena għaż-żgħażagħ waqt quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru, fil-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fis-6:30pm. It-tema għaż-żgħażagħ li ser iniedi l-Arċisqof u li intgħażlet mill-Papa Franġisku hija: “Henjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5,3).

    Din l-attività qiegħda tkun organiżżata mil-Liturgy Team tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ).