“Minkejja li d-Dar tal-Providenza għalqet is-sena finanzjarja 2008 b’defiċit ta’ ftit aktar minn 100,000 Ewro, fl-istess waqt li tiġbor aktar minn tliet miljun u nofs Ewro f’sena mhix ċajta, u dan juri li l-poplu Malti u Għawdxi kompla jappoġġja din id-Dar.”

Hekk sostna ma’ IL-ĠENSillum id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, fid-dawl tad-dħul inqas li kellha d-Dar is-sena li għaddiet. Fl-2008, id-Dar kellha dħul ta’ 3,559,000 Ewro, waqt li s-sena ta’ qabel, id-dħul kien ta’ 4,342,000 miljun Ewro. Dan ifisser dħul inqas f’sena ta’ 783,000 Ewro, jew 18 fil-mija inqas mis-sena ta’ qabel.

Fl-istess waqt, id-Dar kellha żieda fl-ispejjeż minn 3,450,000 Ewro għal 3,366,000 Ewro, bir-riżultat li d-Dar għalqet is-sena finanzjarja li għaddiet b’defiċit bi ftit aktar minn 100,000 Ewro. Biex tkun taf aktar dwar din l-istorja, aqra l-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa tal-ĠensIllum billi zzur is-sit www.mediacentre.org.mt