L-aġenzija tal-aħbarijiet SIR tat prominenza għal dak li aċċenna għalih l-ewroparlamentari Malti Simon Busuttil dwar ir-riżoluzzjoni fuq id-drittijiet tan-nisa u l-ugawaljanza li għaddiet fil-Parlament Ewropew.

Simon Busuttil estenda l-analiżi tiegħu mill-kamp politiku istituzzjonali għall-kamp soċjo-kulturali. “Il-politiċi jirrappreżentaw s-soċjeta ċivili”, qal Busuttil lill-aġenzija SIR. “U għal din ir-raġuni ninsab l-iktar imħasseb. Kulħadd jitkellem dwar il-valuri,  pero mbagħad, meta niġu biex niddefenduhom…”. Żied li filwaqt li din m’għandha ebda valur legali, “hi riżoluzzjoni li tikser il-prinċipju tas-sussidjarjeta, u fejn titkellem dwar l-abort, hi theddida għad-dritt tal-ħajja lil dawk mhux imwielda. Minbarra battalja fuq livell ta’ istituzzjonijiet, għandha ssir battalja fuq livell kulturali”.

Fuq din il-kwistjoni, il-Partit Popolari Ewropew ta direzzjonijiet speċifiċi, anki meta hu rikonoxxut li kien hemm elementi ta’ falliment. “Hu meħtieġ li jiżdiedu sew l-okkażjonijiet ta’ dibattitu u djalogu, anki ma gruppi politiċi, sabiex jinstabu pożizzjonijiet komuni dwar dawn il-kwistjonijiet kruċjali”, temm jgħid l-ewroparlamentari Malti Simon Busuttil.

(Strasbourg)