China

L-uffiċjal tal-Vatikan inkarigat mill-evanġelizzazzjoni laqa’ x-xiehda ta’ għaqda minn saċerdoti u Isqfijiet Ċiniżi mal-Knisja u sejjaħ konsegwenzi tad-dnub il-qasmiet fit-tali għaqda.

Il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, il-Kardinal Ivan Dias, indirizza lill-Isqfijiet u s-saċerdoti taċ-Ċina f’ittra. Qalilhom li x-xiehda u l-messaġġi mibgħuta minnhom lill-kongregazzjoni missjunarja jimlew lil kulħadd b’konsolazzjoni u kuraġġ biex tibqa’ tixtered l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesu f’din l-art. Meta tkellem dwar l-importanza tal-Isqfijiet u s-saċerdoti bħala ‘operaturi tal-unita’, il-Kardinal Dias enfasizza l-element essenzjali tal-komunjoni mal-Papa.

“Aħna lkoll konxji ta’ kif uħud minnkom riċentament sofrew minħabba l-olealta tagħhom lejn is-Santa Sede”, afferma l-Kardinal. Kompla li “l-lealta eżemplari u kuraġġuża lejn is-Sede ta’ Pietru murija mill-kattoliċi fiċ-Ċina hija don prezzjuż mill-Mulej”.

Il-Kardinal Dias kompla jfakkar kif b’insistenza Ġesu eżorta lis-segwaċi tiegħu dwar l-unita bħala “sinjal ta’ kredibilita li hu ntbagħat fid-dinja mill-Missier”.

Fi kliemu, dawk il-qasmiet għall-unita huma “sintomi tal-qawwa tad-dnub li jkompli jdur mal-bniedem anki wara r-redenzjoni”. Temm irodd ħajr ‘l Alla għall-isforzi li saru u għadhom isiru biex tinkiseb l-għaqda fi ħdan il-Knisja, anki b’reazzjoni għall-indikazzjonijiet mogħtija mill-Papa f’ittra indirizzata lilhom fiċ-Ċina, kif ukoll għar-riżultati pożittivi diġa miksuba.