• Volunteers’ Homecoming 2013

  • Il-Ħamis 26 ta’ Settembru – l-Arċisqof Pawl Cremona jilqa’ lura lill-voluntiera żgħażagħ li qattgħu is-sajf tagħhom f’ħidma missjunarja, Malta u barra minn xtutna.

    Din is-sena, aktar minn 500 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw fi proġetti ta’ volontarjat fi 13-il pajjiż differenti: fl-Asja, l-Afrika, l-Ewropa u l-Amerika Latina. Il-voluntiera rċievew il-mandat uffiċjalimill-Arċisqof Cremona qabel ma bdew il-missjoni tagħhom, aktar kmieni f’Ġunju.

    L-avveniment tal-Homecoming huwa appuntament annwali fejn iż-żgħażagħ jaqsmu mal-Arċisqof u ma’ xulxin l-ispirtu u l-esperjenzi tal-missjonijiet rispettivi.

    L-okkażżjoni, din is-sena, qed tiġi ppreparata mill-YouthFellowship bil-kordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.