Vandalised Mosque in Jerusalem

Ġurnata wara li Moskea antika f’Ġerusalemm kienet allegatament vandalizzata u maħruqa minn estremisti Lhud, parteċipanti ta’ konferenza f’Ruma fl-aħħar jiem, appellaw rispett assolut lejn il-postijiet ta’ qima. Skulari Lhud, Insara u Musulmani ltaqgħu fl-aħħar jiem fl-Universita Pontifiċja ddedikata lil San Tumas, sabiex jiddiskutu l-implikazzjonijiet teoloġiċi, legali u soċjoloġiċi ta’ dak li hu deskritt bħala lok ta’ qdusija.

Stqarrija fi tmiem il-laqgħa qalet li “fil-korsa tad-deliberazzjonijiet, issemma kemm hu importanti li laqgħat ta’ dat-tip isiru, bi skambju ta’ opinjonijiet miż-żewġ naħat”. Dan hekk kif kienet daħlet l-aħbar tal-allegat vandaliżmu u ħruq tal-Moskea minn estremisti Lhud.

Rapporti fil-media qalu li l-Moskea tat-12-il seklu ma kinitx qed tintuża għall-qima mill-1948. Hu maħsub li l-attakk kien parti minn sensiela ta’ attakki u vandaliżmu mill-estremisti Lhud jipprotestaw għall-qerda skedata tal-qagħdiet Israeliti fix-Xatt tal-punent. L-iskular fil-konferenza f’Ruma asserixxew l-impenn sħiħ tagħhom lejn protezzjoni tal-postijiet sagri għar-reliġjonijiet kollha kemm huma.