Qatt hsibt li tmur f’pajjizi fejn hemm il-faqar bhala voluntier? Hafna nies, specjalment iz-zghazagh, iqattghu il-vaganzi taghhom f’pajjizi bhall-Afrika, l-Etjopja u l-Brazil. X’ghandom komuni dawn il-pajjizi? Dawn huma ftit ezempji ta’ pajjizi fejn huwa maghruf li hemm persentagg kbir ta’ nies li jghixu fil-faqar. Imma xi nghidu dwar Matla? Jezisti il-faqar f’Malta? Il-faqar huwa biss meta tkun bil-guh, bla hwejjeg u bla dar?

Il-Kummissjoni Djocesana ghaz-Zghazagh (KDZ) holqot opportunita’ ghaz-zghazagh biex isemmghu lehinhom. X’jahsbu iz-zghazagh? Hemm xi soluzzjoni? Membri tal-parlament ha jkunu prezenti wkoll biex jiddiskutu, flimkien maz-zghazagh, il-’policies’ li qed jigu addottati biex jiffaccjaw dil-problema. U x’inhi taghmel il-Knisja dwar dan?

Hafna nies, fosthom Nelson Mandela, jghidu li il-faqar huwa xi haga li holoq il-bniedem b’hekk huwa il-bniedem li jrid issib soluzzjoni ghal dan. Imma kif ha nwaqqfu il-faqar f’Malta meta m’hawnx djalogu? Il-KDZ qed jghati spazju liz-zghazagh fl-24 ta’ Ottubru fic-Centru Parrokjali ta’ Attard biex jaffrontaw dan billi iqumu bil-wieqfa flimkien ma’ pajjizi ohra li qedghin jiftakru il-Gurnata Dinjija tal-Faqar. L-Attivita’ tibda fid-disa’ ghar-registrazzjonijiet u tkompli sas-siegha fejn ikun hemm xi refreshments.

Fi tmiem tal-attivita’, Y Standup?, iz-zghazagh ha jkunu moghtija ‘wristbands’ biex ixxerdu ma’ nies ohra bhala simbolu tal-messagg li qed jixxerred. B’hekk iz-zghazagh qedghin jigu mitluba biex ixxerdu il-messagg li ghandna inqumu biex inwaqqfu il-faqar. Ejja nqumu biex inkunu il-bidla meta u fejn hemm bzonn!