• Il-korijiet ta’ Jesus College u St Catherine’s College, it-tnejn li huma mill-Università ta’ Cambridge, l-Ingilterra, se jagħtu għadd ta’ kunċerti, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, fejn fost l-oħrajn se jkantaw fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

    Bħala parti mit-tour tas-sajf, fejn kull sena l-korijiet iżuru pajjiżi differenti sabiex il-membri tal-kor jiksbu aktar għarfien il-kor ta’ Jesus College, taħt id-direzzjoni tad-direttur ta’ fama internazzjonali Richard Pinel, se jkun qed ikanta fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, għada s-Sibt, 8 ta’ Lulju, waqt il-quddiesa tas-6:00 p.m. 

     Il-kor ta’ St Catherine’s, immexxi minn Edward Wickham, se jkanta fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann nhar il-Ħadd, 9 ta’ Lulju, fil-quddiesa tad-9:15 a.m., u fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina, nhar l-Erbgħa 12 ta’ Lulju fis-7:00 p.m..

  • Nota: Fir-ritratt ta’ fuq jidhru l-membri tal-kor ta’ St Catherine’s waqt li fir-ritratt ta’ isfel hemm il-membri tal-kor Jesus College.