Marian icon

Fl-okkażjoni tal-laqgħa tradizzjonali tal-Papa mal-istudenti Universitarji fi Żmien il-Milied, ikona tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kienet ritornata Ruma minn Madrid. Ix-xbieha tal-Verġni Marija, Tron tal-Għerf, daret ma’ Spanja kollha bi tħejjija għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011.

L-ikona kienet ritornata Ruma minn delegazzjoni f’Madrid u grupp ta’ studenti Spanjoli li jinsabu jistudjaw f’Ruma. Il-Kappillan Spanjol spjega li “huma erba’ Professuri, Kappillan u xi studenti Universitarji ta’ Madrid, li flimkien ma’ studenti universitarji Spanjoli li kisbu borża ta’ studju biex jistudjaw f’pajjiż Ewropew, jinsabu Ruma. Uħud minnhom qed jagħmlu parti minn Movimenti tal-Knisja bħan-Neo-Katakumenali u assoċjazzjonijiet oħra, bħall-Azzjoni Kattolika. Fid-dawl ta’ din l-attivita, huma ngħaqdu flimkien fit-talb mal-istudenti Universitarji l-oħra kollha”.

F’riflessjoni fuq il-frott maħsud miċ-ċelebrazzjonijiet taż-Żgħażagħ f’Madrid, Fr Alba qal li “għad wieħed irid jiddiġesti dak kollha li l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fisser u implika għall-Knisja fi Spanja b’mod ġenerali. Imqar wieħed jaħseb f’dak il-komunitajiet żgħar fejn reġa nħass qawmien fl-entużjażmu u fil-fidi tal-komunita, wara li l-ministeru taż-żgħażagħ ra influss ta’ nies minn pajjiżi oħra entużjasti għaċ-ċelebrazzjonijiet. Żgur li għad irridu nagħrfu dal-frott aħjar, biss hu żgur li se nindunaw kemm kien u huwa frott rikk, tajjeb u abbundanti”.