Archbishop Claudio Maria Celli

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, ix-xahar id-dieħel se jżur Kuba u jindirizza l-Asempbela Plenarja tal-Konferenza Episkopali Nazzjonali.

Dan kien ikkonfermat mal-Aġenzija tal-aħbarijiet Zenit mill-udffiċċju għall-Kunsill Pontifiċju tal-Media, li qal li l-Arċisqof Claudio Maria Cellise jagħmel din iż-żjara bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru li ġej. Huwa kien mistieden jagħmel din iż-żjara mill-konferenza episkopali ta’ Kuba.

Minbarra l-indirizz lill-Assemblea Plenarja tal-Isqfijiet, l-Arċisqof se jżur ukoll is-seminarju ddedikat lil San Karlu u San Ambroġ u se jagmel ukoll diskors fl-Assemblea tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Komunikazzjoni Soċjali tal-Konferenza Episkopali ta’ Kuba.

Fis-6 ta’ Novembru, l-Arċisqof Celli se jagħti taħdita pubblika fil-knisja ddedikata lil Santa Katerina ta’ Siena f’Havana bit-tema “Il-Knisja, il-Komunikazzjoni u l-Era Diġitali”.