Ilbieraħ, nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju 2020, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna żar il-maratona ta’ Missio #hopemissiofest, li kellha l-għan tiġbor il-flus għall-missjonijiet li jsiru f’pajjiżi li għadhom qegħdin jiġu żviluppati. Permezz tal-maratona nġabret is-somma ta’ €574,145.

L-Arċisqof taha daqqa t’id fit-telefonati tad-donazzjonijiet u rringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin tal-ġenerożità tagħhom. Fiż-żjara tiegħu qal li meta nagħtu, nimlew qalbna bil-ferħ li nkunu għenna lill-oħrajn b’mod konkret.

Tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek, billi tagħfas hawn.