Din l-applikazzjoni tirrikjedi sottomissjoni ta’ dokumenti online, kif indikat hawn isfel. Ikun ta’ għajnuna jekk id-dokumenti li tissottometti jkunu PDF jew Word. Fejn hemm rapporti jew dokument ta’ aktar minn paġna waħda, nitolbuk li ttellgħu bħala file wieħed. Grazzi.
Huwa obbligatorju li timla’ il-kaxex immarkati b’asterisk. Tista’ tibda din l-applikazzjoni mingħajr ma tikkonkludiha f’sessjoni waħda billi tagħfas il-buttuna “Save and Continue Later” li tinstab fi tmiem l-applikazzjoni. Hekk tkun tista’ tkompli timla’ l-applikazzjoni darb’ oħra. Huwa ssuġġerit li taqra sew ir-Regolamenti tad-Dħul qabel tibda timla’ l-applikazzjoni. Mitlub tinnota li meta tuża l-buttuna “Save and Continue Later” trid terġa’ ittella’ d-dokumenti meta tkompli timla’ l-applikazzjoni. Il-pagament finali isir permezz ta’ VISA jew MasterCard. Qabel tipproċedi bl-applikazzjoni, kun ċert li għandek aċċess għas-sistema tat-3D Secure li juża il-bank tiegħek.
- Agħfas hawn biex tara r-Regolamenti tad-Dħul 2025-2026
- Agħfas hawn biex taqra id-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
- Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Programm Edukattiv. Din applikabbli għal min se japplika għall-Ewwel Sena Sekondarja BISS.
- Jekk sibt diffikultà bil-mili tal-applikazzjoni online agħfas hawn
Click here for the English Version of the Gozo Church Schools Admission Application
Din l-applikazzjoni hija għall-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex. Applikazzjonijiet għal skejjel tal-Knisja f’Malta jinstabu hawn.
- Il-Każijiet Serji huma dawk li għandhom bżonn is-sapport tal-L.S.E. jew li jista’ jkollhom is-sapport tal-L.S.E. (pereżempju għaddejjin mill-proċess tas-CDAU)
Kjarifika 1a
Dan il-kriterju ma japplikax fl-Ewwel Sena Kindergarten, imma japplika fl-Ewwel Sena Sekondarja.
Kjarifika 1b
Tfal ta’ ġenituri / kustodji li jaħdmu fi skola Kindergarten jew Primarja tal-Knisja f’Għawdex jistgħu japplikaw għad-dħul fl-Ewwel Sena Kindergatren. Tfal ta’ ġenituri / kustodji li jaħdmu fi skola Sekondarja tal-Knisja f’Għawdex japplikaw għad-dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten bil-kriterju 1d.
Tfal ta’ ġenituri / kustodji li jaħdmu fi skola Kindergarten, Primarja jew Sekondarja tal-Knisja f’Għawdex jistgħu japplikaw għad-dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja.
Il-ġenitur / kustodji irid ikun ġie impjegat full-time mal-iskola għall-anqas fl-ewwel parti tas-sena skolastika ta’ qabel s-sena skolastika tad-dħul li jkun applika għaliha u jkun għadu mpjegat full-time ma’ skola tal-Knisja f’Għawdex meta tibda s-sena skolastika li jmiss.
Kjarifika 1c
Għad-dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten għall-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex, l-aħwa iridu jkunu jattendu fl-istess skola Kindergarten jew Primarja li ser tapplika għaliha.
Għad-dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja għall-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex, l-aħwa iridu jkunu jattendu fl-istess skola Sekondarja li ser tapplika għaliha.
Huma eliġibli għal dan il-kriterju:
- Aħwa, mill-istess ġenituri / kustodji u li jgħixu fl-istess dar u familja.
-
Aħwa li għalkemm għandom ġenituri / kustodji komuni ma humiex jgħixu fl-istess dar u familja imma
jqattgħu tal-anqas 20 siegħa flimkien fil-ġimgħa. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu
jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li trid issir
miż-żewġ ġenituri / kustodji fejn jindikaw is-sigħat fil-ġimgħa li t-tfal jgħixu flimkien fl-istess dar.
- Aħwa li għandhom ġenitur / kustodji komuni u li jqattgħu tal-anqas 20 siegħa flimkien fil-ġimgħa. Biex
l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni
ġuramentata quddiem nutar li trid issir mill-persuni li għandhom il-kura u l-kustodja tat-tfal
fejn jindikaw is-sigħat fil-ġimgħa li t-tfal jgħixu flimkien fl-istess dar.
- Tfal li qed jitrabbew mill-istess adulti u li jgħixu fl-istess dar u familja. Biex l-applikazzjoni tiġi
kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata
quddiem nutar li l-adulti qegħdin jieħdu ħsieb it-tfal flimkien u jindikaw il-kawża raġjonevoli
għal din is-sitwazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-Bord tad-Dħul jiddetermina jekk il-kawża
raġjonevoli li ġiet ippreżentata hix ġustifikata jew le.
- Tfal adottati, jew tfal li għalihom hemm ftehim ta’ fostering, u li qed jgħixu f’familja li fiha tfal
oħra u li xi ħadd minn dawn it-tfal ikun jattendi skola tal-Knisja. Tfal adottati jew fostered
jitqiesu bħala aħwa tat-tfal tal-familja li jkunu qed jgħixu fiha. Biex
l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat iċ-Ċertifikat mill-aġenzija kompetenti li
jindika li t-tifel jew it-tifla huma adottati jew hemm ftehim ta’ fostering.
Kjarifika 1d
Tfal ta’ ġenituri / kustodji li jaħdmu fi skola Sekondarja tal-Knisja f’Għawdex jew mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jistgħu japplikaw għad-dħul fl-Ewwel Sena Kindergatren.
Tfal ta’ ġenituri / kustodji li jaħdmu mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jistgħu japplikaw għad-dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja. Tfal ta’ ġenituri / kustodji li jaħdmu fi skola Sekondarja tal-Knisja f’Għawdex japplikaw għad-dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja bil-kriterju 1b.
Kjarifika 1e
Każijiet soċjali – Jistgħu jaqgħu taħt din il-kategorija, tfal li qegħdin taħt Care Order. Ma jaqgħux taħt din il-kategorija dawk li bħala kawża jagħtu xi waħda biss minn dawn ir-raġunijiet: tfal minn ommijiet mhux miżżewġa; fejn jidħlu separazzjonijiet; tfal adottati; tfal li qegħdin f’foster families. Dwar tfal adottati u tfal li qegħdin f’foster families ara wkoll Kriterju 1ċ.
Każijiet tal-Ażil – Tfal li huma jew il-ġenituri / kustodji tagħhom qed ifittxu l-ażil.
Kjarifika 1f
Jekk inti mill-Għasri u qed tapplika bil-kriterju (1f) għal post ġewwa Laura Vicuna ikun hemm bżonn li titellà kopja tal-karta tal-Identità ta’ wieħed mill-ġenituri / kustodji u dikjarrazzjoni li t-tfal jgħixu l-Għasri, iffirmata minn professjonist (p.eż. nutar, saċerdot, għalliem) li jkun ilu jaf lil xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ta’ lanqas sentejn.
Agħfas hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni.
Hidden
Hidden
Il-postijiet għal każijiet serji bl-għajnuna tal-L.S.E. fil-Form 1 Subien imtlew bl-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju.
Għalhekk mhux ser jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal Form 1 Subien bl-għajnuna tal-L.S.E.
Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet fil-Form 1 Subien għal Revision of Statement għal tneħħija tal-L.S.E.
Statemented Shared particular lessons / particular times, applikabbli biss għall-Form 1- F’każijiet fejn l-applikant ikun diġà statemented u għandu L.S.E. imma jkun għamel progress u fl-opinjoni tal-ġenituri / kustodji, tal-iskola u tal-psikologu edukattiv ikun jista’ ikompli l-edukazzjoni tiegħu mingħajr l-għajnuna tal-L.S.E. u sal-31 ta’ Ottubru 2024 tkun saret talba lill-iStatementing Moderating Panel sabiex jitneħħa s-sapport tal-L.S.E., għandu japplika mal-każijiet serji u għandu jippreżenta t-talba li saret biex jitneħħa l-L.S.E. u dokumentazzjoni rilevanti oħra. Il-Bord tad-Dħul jiddetermina jekk l-applikazzjoni titqiesx bħala mainstream jew bħala każ serju.
Hidden
Hidden
Spjega fi kliemek ir-raġuni għala qed tapplika bħala Każ Serju/Soċjali.
Spjega fi kliemek ir-raġuni għala qed tapplika bħala Każ Serju/Soċjali.
Dettalji tal-Applikant
Uża dan il-format 0000000X, żid ‘0’s quddiem in-numru tal-ID card jekk in-numru tal-ID card mhux b’7 numri (eż. jekk l-ID card hi 2311H imla 0002311H)
DD slash MM slash YYYY
DD slash MM slash YYYY
-
- Din l-applikazzjoni hija għall-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex. Applikazzjonijiet għal skejjel tal-Knisja f’Malta jinstabu hawn.
Dettalji tal-Ġenituri / Kustodji
Dettalji Oħra
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
Agħti d-dettalji ta’ dawk l-aħwa li qegħdin fl-iskola li tixtieq tapplika għaliha.
Agħfas hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni li trid timtela’, tiġi skenjata u tittella’ hawn.
Ara li qed timla’ l-applikazzjoni taħt il-każijiet serji.
Ara li qed timla’ l-applikazzjoni taħt il-każijiet serji.
F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv
F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv, jinħtieġu d-dokument riċenti li jindikaw l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tal-aħwa.
F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, jinħtieġ ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel huwa adottat, jew fostered mal-familja.
Għall appikanti f’Form 1, l-aħwa jridu jkunu tal-istess sess.
Jekk m’għandekx application number ikteb N/A
Jekk xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ma jaqbilx ma din l-applikazzjoni, jew mhux infurmat bl-applikazzjoni u ma tahx il-kunsens tiegħu/tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur / kustodju wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri / kustodji, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri / kustodji li ssir din l-applikazzjoni.
Jekk xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
Nagħti l-kunsens tiegħi għal din l-applikazzjoni.
Nagħti l-kunsens tiegħi għal din l-applikazzjoni.
F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv.
Nitolbuk tirrivedi l-informazzjoni qabel tagħmel ‘Submit’ biex tkun ċert li l-informazzjoni hija korretta.
Mitlub tinnota li meta tuża l-buttuna “Save and Continue Later” trid terġa’ ittella’ d-dokumenti meta tkompli timla l-applikazzjoni.
Jekk il-formula tidher li tkun weħlet meta’ tagħfas il-buttuna “Next” kun ċert li d-dokumenti li tellajt, flimkien, ma jeċċedux is-16Mb.