Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja 2020-2021
Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja u jinkludi il-każijiet serji. Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid.
Għar-regolamenti u aktar tagħrif, agħfas fuq il-livell li tixtieq tkun taf dwaru.
Dettalji dwar l-applikazzjonijiet
DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET – L-EWWEL KRITERJU
Informazzjoni ddettaljata tinsab fir-Regolamenti għad-Dħul li jistgħu jinkisbu mill-istess skejjel tal-Knisja u mill-links t’hawn fuq.
1. APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI:
Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, ta’ tfal tal-Impjegati fl-istess skola, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, ta’ tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità u ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra (Para. 1a-1ġ) isiru:
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
mil-Ġimgħa 22 ta’ Novembru sat-Tnejn 2 ta’ Diċembru 2019 JEW
- fl-iskejjel li jservu ta’ ċentri:
is-Seminarju r-Rabat, St. Angela School Zabbar, JEW St. Michael’s School Santa Venera,
It-Tnejn 25 (kunjomijiet bl-ittri A-C),
it-Tlieta 26 (kunjomijiet bl-ittri D-M) u
l-Erbgħa 27 ta’ Novembru 2019 (kunjomijiet bl-ittri N-Z)
bejn id-9:00 ta’ filgħodu u s-1:00 ta’ wara nofsinhar.
Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 20/21/22 ta’ Novembru 2019 mid-9:00 sa nofsinhar.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn
2. APPLIKAZZJONIJIET SKONT IL-KRITERJU KAŻIJIET SERJI
2.1 Każijiet Serji l-Ewwel Kriterji:
Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja, ta’ tfal tal-Impjegati fl-istess skola, tal-Aħwa, ta’ transfers, ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza, ta’ tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwità u ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra (Para. 1a-1ġ) isiru:
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
mil-Ġimgħa 22 ta’ Novembru sat-Tnejn 2 ta’ Diċembru 2019 JEW
- billi l-ġenituri jċemplu għal appuntament l-Erbgħa 20, il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019 bejn it-8:30 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 2590 6309 jew 2590 6306.
L-Erbgħa 20 ta’ Novembru jċemplu dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.
Il-Ħamis 21 ta’ Novembru dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M.
Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z.
Dikjarazzjoni mill-iskola tagħhom 20/21/22 ta’Novembru 2019 mid-9:00 sa nofsinhar.
Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn
Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana mill-25 sas-27 ta’ Novembru 2019
APPLIKAZZJONIJIET TARD
Applikazzjonijiet tard tal-Ewwel Kriterju (Para. 1a-1ġ):
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
mit-Tnejn 9 ta’ Diċembru sal-Erbgħa 18 ta’ Diċembru, 2019 JEW
- fil-Kurja tal-Arċisqof nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2019
bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 ta’ wara nofsinhar.
DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI
Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:
a. | Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija. |
b. | Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel/ tifla. |
ċ. | Trid tiġi ppreżentata l-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel/ tifla. M’hemmx bżonn ta’ fotokopja. |
d. | Ritratt tat-tifel/ tifla (daqs ta’ passaport). |
e. | Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, iffirmata mill-ġenituri jew il-kustodju. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn |
f. | Dikjarazzjoni Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk it-tifel/ tifla għandux bżonn xi għajnuna, b’mod partikulari jekk għandux bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn Din id-Dikjarazzjoni mhix applikabli għal-Kinder 1. |
ġ. | Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni. Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida. |
g. | Meta l-ġenituri huma separati jeħtieġ dokument riċenti li jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tat-tifel/ tifla. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-firma (kunsens) taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti. |
Mad-dokumenti mitluba f’Para. 1a-ġ, iridu jiġu ppreżentati wkoll id-dokumenti msemmija hawn taħt skont il-kriterju li wieħed qed japplika fih: | |
għ. | Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja: Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l‑iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel/ tifla. Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn |
h. | Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa: i. Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra; ii. Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri; u iii. Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola fejn jattendu l‑aħwa l-oħra. Din id-Dikjarazzjoni tinġabar mill-iskola l-Erbgħa 20, il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019 mid-9:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u d-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn iv. F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/ tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering. |
ħ. | Jekk qed tapplika skont il-Kriterji ta’ tfal tal-impjegati fl-istess skola, ta’ transfers, ta’ Skola bla Kontinwità jew ta’ tfal tal-impjegati fi skola oħra: Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mill-kap tal-iskola. Din id-Dikjarazzjoni tinġabar mill-iskola l-Erbgħa 20, il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019 mid-9:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u d-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha wkoll minn hawn. Fl-istess ġranet l-impjegati tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija għandhom jiġbru d-Dikjarazzjoni mimlija u ffirmata mingħand id-Delegat għall-Edukazzjoni Nisranija. |
i. | Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv. |
j. | Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ każijiet Serji: i. Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji ii. Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tas-sena ta’ qabel fejn hemm iii. Li Statement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP iv. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv v. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta li Statement of Needs meta dan jingħata. |
DATI – MILI TA’ APPLIKAZZJONIJIET – APPLIKANTI OĦRA
Informazzjoni ddettaljata tinsab fir-Regolamenti għad-Dħul li jistgħu jinkisbu mill-istess skejjel tal-Knisja u mill-links t’hawn fuq.
APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU: APPLIKANTI OĦRA
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
mit-Tlieta 28 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 14 ta’ Frar, 2020 JEW
- fl-iskejjel li jservu ta’ ċentri fejn jimtlew l-applikazzjonijiet
it-Tnejn 3, it-Tlieta 4, u l-Erbgħa 5 ta’ Frar, 2020 bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar
Wieħed għandu jmur japplika f’waħda mill-iskejjel imniżżla skont il-livell tad-dħul.
L-applikazzjonijiet għall-ewwel sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2017 u
L-applikazzjonijiet għat-tieni sena kindergarten: Twieldu fis-sena 2016
isiru f’waħda minn dawn l-iskejjel it-Tnejn 3, it-Tlieta 4 u l-Erbgħa 5 ta’ Frar, 2020
bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar:
Is-Seminarju – Rabat | St. Aloysius College Primary – Balzan |
St. Joseph – Paola | St. Angela – Żabbar |
L-applikazzjonijiet għall-ewwel sena primarja: Twieldu fis-sena 2015 u
L-applikazzjonijiet għal-ewwel sena sekondarja: Twieldu fis-sena 2009
isiru f’waħda minn dawn l-iskejjel it-Tnejn 3, it-Tlieta 4 u l-Erbgħa 5 ta’ Frar, 2020 bejn id-9:00 ta’ filgħodu u nofsinhar:
De La Salle College – Birgu | Kulleġġ Missjunarju San Pawl – Rabat | St. Michael – Santa Venera |
It-Tnejn 3 ta’ Frar jimtlew applikazzjonijiet ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C.
It-Tlieta 4 ta’ Frar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M.
L-Erbgħa 5 ta’ Frar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z.
APPLIKAZZJONIJIET SKONT IL-KRITERJU KAŻIJIET SERJI
Każijiet Serji t-Tielet Kriterju: Applikanti Oħra
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
mit-Tlieta 28 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 14 ta’ Frar 2020 JEW
- billi l-ġenituri jċemplu għal appuntament mit-Tlieta 28 ta’ Jannar sal-Ħamis 30 ta’ Jannar 2020 bejn it-8:30 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 2590 6309 jew 2590 6306.
It-Tlieta 28 ta’ Jannar iċemplu dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri A-C
L-Erbgħa 29 ta’ Jannar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri D-M
Il-Ħamis 30 ta’ Jannar dawk ta’ kunjomijiet li jibdew bl-ittri N-Z
Applikazzjonijiet bl-appuntament: Il-Kurja tal-Arċisqof, Floriana mit-Tnejn 3 sal-Ħamis 5 ta’ Frar 2020
APPLIKAZZJONIJIET TARD
Applikazzjonijiet tard tal-Applikanti Oħra:
- onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
mil-Ġimgħa 21 ta’ Frar sat-Tnejn 2 ta’ Marzu, 2020 JEW
- fil-Kurja tal-Arċisqof jew fl-iskola St. Michael, Triq il-Kanun Santa Venera nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2020 bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 ta’ wara nofsinhar.
- fil-Kurja tal-Arċisqof nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2020 bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 ta’ wara nofsinhar għal Każijiet Serji Applikanti Oħra.
DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI
Min japplika għandu jieħu miegħu dawn id-dokumenti:
a. | Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija. |
b. | Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel/ tifla. |
ċ. | Trid tiġi ppreżentata l-Karta tal-Identità ta’ missier jew omm it-tifel/ tifla. M’hemmx bżonn ta’ fotokopja. |
d. | Ritratt tat-tifel/ tifla (daqs ta’ passaport). |
e. | Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, iffirmata mill-ġenituri jew il-kustodju. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn |
f. | Dikjarazzjoni Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk it-tifel/ tifla għandux bżonn xi għajnuna, b’mod partikulari jekk għandux bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn Din id-Dikjarazzjoni mhix applikabli għal-Kinder 1. |
ġ. | Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni. Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida. |
g. | Meta l-ġenituri huma separati jeħtieġ dokument riċenti li jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tat-tifel/ tifla. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u/ jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-firma (kunsens) taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti. |
Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv. | |
Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ każijiet Serji: i. Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji ii. Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tas-sena ta’ qabel fejn hemm iii. L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP iv. Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv v. Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta li Statement of Needs meta dan jingħata. |
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni għad-Dħul l-Ewwel Kriterju: Tfal minn djar tal-Knisja.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni għad-Dħul l-Ewwel Kriterju: Aħwa.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni għad-Dħul l-Ewwel Kriterju: Transfers.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Programm Edukattiv.
Il-ħlas għall-applikazzjoni hu ta’ €15.
Il-ħlas għal applikazzjoni tard hu ta’ €20.
Il-ħlas ta’ reġistrazzjoni li mal-għażla tal-iskola hu ta’ €50.
Dan il-ħlas jintalab għall-ispejjeż amministrattvi.
Agħfas like fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook u rreġistra għan-newsletter tal-Arċidjoċesi ta’ Malta biex iżżomm ruħek aġġornat dwar il-proċess għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.