L-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar il-pubblikazzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’, is-sitt volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2020. Dan il-ktieb ta’ 700 paġna jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra. Permezz tal-kelma tiegħu msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistedinna nieħdu ħsieb ta’ xulxin bi kwalunkwe mod possibbli u ma ninsewx dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Il‑ktieb huwa sponsorjat mill‑APS Bank.
‘Kelma ta’ Ħabib’ jinbiegħ għall-prezz ta’ €15. Wieħed jista’ jordnah billi jimla l-formola ta’ hawn taħt. Meta tuża l-formula ta’ hawn taħt, il-ħlas isir online permezz ta’ VISA jew Mastercard.