-
Opri Missjunarji Pontifiċji
-
Indirizz
Uffiċċju Missjunarju,
7, Triq Merkanti,
Valletta VLT 1171
-
Telefon
2123 6962
-
Fax
2123 1272
-
Website
-
E-mail
-
Ħin ta’ l-Uffiċċju
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00 a.m. u 12.00pm.
Sibtijiet: mid-9.00am sa nofsinhar.
L-Opri Missjunarji Pontifiċji għandhom l-għan li jassistu l-Papa, fit-tixrid ta’ l-ispirtu missjunarju fost il-qassisin, reliġjużi, adulti u tfal; jinkoraġġixxu l-għajnuna lill-foqra, u jiġbru għajnuna finanzjarja għall-proġetti fil-pajjiżi tat-tielet dinja.
L-Opri Missjunarji Pontifiċji kienu u għadhom importanti ħafna fix-xandir tal-kelma t’Alla mad-dinja kollha, speċjalment f’dawk il-partijiet tad-dinja li qatt ma ġew evanġelizzati.
-
L-Opri Missjunarji Pontifiċji huma erbgħa:
- L-Opra tal-Propagazzjoni tal-Fidi, li twaqqfet fi Franza minn Pawlina Jaricot fl-1822. Din is-soċjetà għandha x’taqsam mal-ħidma missjunarja ġenerali.
- L-Għaqda tat-Tfal għall-Missjoni jew Opra tas-Santa Infanzja, li twaqqfet mill-Isqof Charles Forbin Janson ukoll fi Franza, fl-1842. Għandha x’taqsam mat-tfal ta’ l-artijiet tal-missjoni, speċjalment ma’ l-iskejjel u ma’ l-orfanatrofji.
- L-Opra ta’ San Pietru Appostlu għall-Kleru Lokali, mwaqqfa minn żewġ nisa, ukoll Franċiżi, Jeanne u Stephanie Bigard fl-1889. Din għandha x’taqsam mas-seminarji kollha li hemm fl-artijiet tal-Missjoni.
- L-Unjoni Pontifiċja Missjunarja tal-Kleru, li tħaddan lis-Saċerdoti u r-Reliġjużi kollha, għandha l-għan li dawn iħeġġu lill-Insara kollha fl-imħabba tagħhom lejn il-Missjoni.
L-Uffiċċju Missjunarju għandu r-rivista “Malta Missjunarja”, rivista b’tema missjunarja li toħroġ kull xahar u tasal għand ħafna familji, tfal fl-iskejjel u missjunarji barra minn Malta.
Fi ħdan l-Uffiċċju, wieħed isib ukoll ħanut b’oġġetti reliġjużi – Cordina’s Emporium, u Bazaar li l-profitt minnhom imur kollu b’risq il-missjoni.
-
Dawn huma in-nies involuti f’din l-istituzzjoni
-
President
L-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona, O.P.
-
Direttur Nazzjonali
Mons. Salvinu Micallef
-
Segretarju
Sur Mario Scicluna
-
Editrici “Malta Missjunarja
Sinjorina Caroline Chetcuti
Editrici “Tfal Missjunarji”
Sinjorina Claudia Cini -
Editur www.missio.org.mt
Sur Bernard Vella
-
Koordinatriċi Children Helping Children
Sinjorina Lisa Pace
Għal aktar tagħrif, żur is-sit tagħna www.missio.org.mt