-
Indirizz
90 Triq Tal-Virtù, Rabat RBT2604
-
Telefon
2145 5497
-
Fax
2145 9811
-
Website
-
Email
-
L-Għan tas-Seminarju
Is-Seminarji riedhom il-Konċilju ta’ Trento fis-seklu XVI għall-edukazzjoni tal-kandidati għas-saċerdozju. Il-Konċilju Vatikan II insista li “fis-Seminarji l-edukazzjoni kollha tal-kandidati għas-saċerdozju bħala għan irid ikollha li tagħmel dawn il-kandidati veri ragħajja ta’ l-erwieħ b’xebh ma’ Kristu, l-imgħallem, is-saċerdot u r-ragħaj”.F’Malta l-edukazzjoni tas-saċerdoti djoċesani tingħata fis-Seminarju tal-Kbar u mill-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Is-Seminarju jagħti formazzjoni umana, spiritwali u pastorali, waqt li l-Università tieħu ħsieb l-edukazzjoni akkademika tas-saċerdoti ta’ għada.Fis-Seminarju tal-Kbar illum hemm 39 kandidat għas-saċerdozju.Il-formaz¬zjoni tagħhom, li normalment tieħu seba’ snin,qed issir b’attenzjoni kbira.Is-Seminarju taż-żgħar hu skola sekondarja u l-istudji li jsiru jwasslu għaċ-ċertifikati tal-SEC. Bħalissa hemm 260 student, inkluż refuġjat. Jitħallew ħielsa fl-għażliet tagħhom, iżda fl-ambjent ta’ l-iskola isir sforz sħiħ biex l-istudenti jkollhom l-għajnuna li jeħtieġu ħa jagħmlu l-għażla f’ħajjithom. Tingħatalhom formazzjoni tal-karattru, u jiġu organizzati wkoll laqgħat għall-għarfien tal-vokazzjoni.Publikazzjonijiet:Is-Seminarju (editur Dun Jimmy Bonnici); Seminarium u Minor Seminary Newsletter (editur Dun David Cilia).
-
Storja
Fl-1575, tnax-il sena wara l-aħħar sessjoni tal-Konċilju ta’ Trento, Mons. Dusina, Viżitatur Appostoliku f’Malta, iddekreta l-bini ta’ Seminarju. L-Isfijiet ippruvaw kemm-il darba jiftħu Seminarju, iżda biss fil-25 ta’ Marzu 1703 l-Isqof Davide Cocco Palmieri seta’ jilqa’ l-ewwel seminaristi fil-bini li ħejja għalihom fl-Imdina.
Is-Seminarju baqa’ l-Imdina sal-1723 meta l-Isqof Gaspare Mancini, bil-permess tas-Santa Sede, ħa s-Seminarju fil-Belt, iżda fl-1728, fuq ix-xewqa ta’ l-Isqof Fra Paolo Alpheran de Bussan, is-Seminarju reġa’ tela’ l-Imdina fejn kien imbena Seminarju ġdid bil-flus ta’ l-isqof u l-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena. Il-bini l-ġdid infetaħ fl-20 ta’ Mejju 1742 u llum hemm miġbur fih il-Mużew tal-Kattidral. L-Isqof Gaetano Pace Forno ħa s-Seminarju fil-Casa di Manresa, li fl-imgħoddi kienet dar ta’ l-irtiri f’idejn il-ġiżwiti; dan gara fl-1858 u saret riforma sħiħa fil-curriculum ta’ l-istudji. Is-Seminarju tal-Kbar baqa’ l-Furjana sal-1910, meta reġa ttieħed lura lejn l-Imdina fuq direttiva tal-Viżitatur Appostoliku il-Kard. Pietro la Fontaine. Iżda fl-1921 l-Isqof Caruana reġa’ niżżel is-Seminarju fil-Furjana. Is-Seminarju taż-Żgħar li sa l-1892 kien l-Imdina niżel ukoll il-Furjana dik is-sena u baqa’ hemm sal-1977.
Fit-tieni gwerra dinjijia s-Seminarju ntlaqat tliet darbiet u ġarrab ħsarat kbar; saru ħafna tiswijiet u l-post ġie rinovat, iżda l-ambjent u l-post fih innifsu ma kienux aktar adatti għall-edukazzjoni li tintalab miż-żminijiet ta’ llum. Kien hemm ħsieb li jinbena Seminarju ġdid, iżda fl-aħħar, fil-15 ta’ Novembru 1977, instabet soluzzjoni aħjar, meta Mons. Ġużeppi Mercieca, l-Arċisqof ta’ Malta biddel fis-Seminarju ta’ l-Arċidjoċesi, il-Kulleġġ Mater Admirabilis li qabel kien it-Training College għal “teachers”nisa, immexxi mis-Sorijiet tas-Sacred Heart.
Fis-27 ta’ Mejju 1990, il-Papa Ġwanni Pawlu II għamel żjara lis-Seminarju waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Malta. F’Ottubru 1999 saret Viżta Appostolika mill-Isqof Vincent Logan. Fl-2003 ġie ċelebrat it-tielet ċentinarju mit-twaqqif tas-Seminarju. Għal dan l-avveniment il-Kardinal Angelo Sodano, Segretarju ta’ l-Istat tal-Vatikan, bagħat messaġġ f’isem il-Papa Ġwann Pawlu II. Fl-istess sena ġiet ippubblikata l-istorja tas-Seminarju, For Service Alone, kitba ta’ Dun Frans Bonnici.
-
Seminarju tal-Kbar
-
Rettur
Rev. Albert Buhagiar
-
Viċi-Rettur
Rev. Ronnie Zammit
-
Direttur Spiritwali
Rev. Mark Sultana
-
Assistenti Diretturi Spiritwali
Rev. Sebastjan Caruana
Rev. Josef Mifsud -
Konfessur
Mons. Vincenz Deguara -
Direttur taż-żmien Propedewtika
Vakanti
-
Psikologu
Rev. Dr. Paul Galea, M.S.Th., Lic.Psych., Ph.D.
-
Surmast tal-Mużika
Rev. Aurelio Mule’ Stagno SDB
-
Direttur tal-Vokazzjonijiet
Rev. Charlon Muscat
-
Segretarju Amministrattiv
Mr Claudio Farrugia
-
Segretarja
Ms. Marlene Calleja
-
Kumitat tal-Librerija tas-Seminarju u tal-Fundazzjoni għall-Istudju Teoloġiċi
Rev. John Berry, Chairperson
Ms Joanna Farrugia, Segretarja
Ms Dora Castorina, Librara
Rev. Ronnie Zammit, Rappreżentant tar-Rettur tas-Seminarju
Rev. Christopher Caruana OP, Rappreżentant tal-Fundazzjoni
Sur Jonathan Debattista, Rappreżentant ta’ l-Istudenti
-
Is-Seminarju taż-Żgħar
-
Is-Seminarju Minuri huwa skola li tibda mil-livell primarju u tibqa’ sejra sa dak sekondarju. Timxi skont il-Kurrikulu Nazzjonali. Madanakollu, minħabba li hija skola tal-Knisja tagħti enfasi akbar lill-valuri tal-Vanġelu u tfittex l-iżvilupp ħolistiku tal-istudenti. L-iskola tipprovdi ambjent fejn kull student ikun indukrat fil-bżonnijiet akkademiċi kif ukoll spiritwali tiegħu.
Minkejja li l-istudent dejjem jibqa’ fil-libertà assoluta, l-iskola tagħmel minn kollox biex l-istudent jagħraf x’inhi s-sejħa speċifika tiegħu. L-iskola torganizza laqgħat u live-ins biex tgħin fid-dixxerniment vokazzjonali.
-
Website
-
Email
-
Tel
2748 3000
-
Staff Amministrattiv
-
Rettur
Dun Albert Buhagiar
-
Kap tal-Iskola
Rev. Can. Mark Ellul B.Ed. (Hons), S.Th.B., B.A. (Theology & Human Studies), MSc (Educational Leadership)
-
Deputy Head
Mr Mark Farrugia B.Ed. (Hons), MSc (Educational Leadership)
-
Deputy Head tas-Sekondarja
Mr Gordon Baldacchino B.Ed. (Hons), Dip. Cs.Ed., ALCM
-
Segretarju Amministrattiv
Mr Joseph Farrugia B.A. -
Assistant Head tal-Primarja
Ms. Daniela Demicoli B.Ed. (Hons), M.Sc. (Educational Leadership)
-
Segretarja
Ms Mary Rose Azzopardi
-
Assistant Head
Mr Leonard Grixti B.Ed. (Hons), M.A. (Youth and Community Studies), M. Couns. (Melit.)
-
Koordinatur tal-Kura Pastorali
Mr David Grillo B.A. (Psychology & Maltese), Dip. Gest Psychotherapy, M.A. (Birmingham), E.C.P. -
INCO
Mrs Charlotte Schembri B.Sc (Hons) Psychology, M Ed. (Inclusion)
-
Residential Clinical Psychologist
Dr Angela Abela B.A., M.Sc.T., L.Psych., M. Psych. (Sorbonne), Ph.D. (Lond.)
-
Residential Educational Psychologist
Dr Victor Martinelli B.Ed.(Hons), M.Ed.St. (Monash), M.Ed. (Manch.), Ph.D. (Manch.),C Psychol., AFBPsS
-
Residential Educational Psychologist
Ms. Claire Cassar B.Psy; M.Psy (Educ).
-
Segretarji
Ms. Maryrose Azzopardi
Ms Madleine Aquilina
Ms. Sue Muscat Drago
-
Direttur Spiritwali
Dun Stephen Magro B.A., S.Th.L.
-
Direttur tal-Vokazzjonijiet
Dun Charlon Muscat B.A., S.Th. L.
-
L-Istaff
jinkludi wkoll 52 għalliem, 27 Learning Support Assistants,Librar , 3 Tekniċi, u support staff.3