L-għażla bejn l-embrijuni hi diskriminatorja u ddgħajjef id-dinjità tal-ħajja umana
Position paper dwar l-emendi fil-Liġi tal-IVF
11/06/2022L-emendi fil‑liġi tal‑IVF idgħajfu d-dinjità tal-embrijuni għax jippermettu li dawk b’mard ġenetiku speċifiku jiġu ffriżati għal dejjem. Barra minn hekk, permezz ta’ dawn l-emendi, se ssir għażla diskriminatorja bejn liema tarbija futura tgħix u liema tiġi ffriżata, abbażi tal‑kundizzjoni ġenetika tagħha.
Dan qaluh 35 espert multidixxiplinarju fosthom mill‑qasam tal‑mediċina, ix‑xjenza u l‑embrijoloġija, f’position paper li ħejjew bħala parti minn diskussjoni usa’ li trid issir bħala parti mid-dibattitu Parlamentari dwar l-emendi proposti għall-Protezzjoni tal-Embrijuni… Kompli aqra »
