Arkivji mensili: Novembru 2009

L-ARĊISQOF JIKKONSAGRA L-ARTAL MAĠĠUR TAL-KNISJA TAL-MADONNA TAL-ĦNIENA

Waqt iż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fejn ikkonsagra wkoll l-artal maġġur. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies ser ikomplu matul din il-ġimgħa. Nhar il-Ħamis l-Arċisof se jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

JASAL FI TMIEMU L-KUNGRESS KATEKETIKU NAZZJONALI 2009

Emerġenza Fidi Għaliex? …id-diskors ta’ Fr Rene Camilleri waqt il-Kungress Kateketiku Nazzjonali 2009

Jiena nqis bħala wieħed mill-iktar kapitli importanti, bażiċi tal-Konċilju Vatikan II, it-tieni kapitlu tal-Kostituzzjoni Dei Verbum fuq it-trasmissjoni tar-Rivelazzjoni Divina. Għax il-mod kif il-Knisja tittrasmetti, jirrifletti ħafna il-Knisja x’inhi, u viċi versa. Fin-numru 8, li iktar speċifikament jitkellem dwar it-tradizzjoni ta’ din ir-Rivelazzjoni, l-att ta’ kif il-Knisja tgħaddi b’mod ħaj dak li rċeviet, il-Konċilju jgħid li l-Knisja fid-duttrina, fil-ħajja u fil-liturġija tipperpetwa u tittrasmetti lil kull ġenerazzjoni dak kollu li hi, dak kollu li temmen… Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunita’ tas-Sorijiet Ġesu Nazzarenu, fiż-Żejtun.

6.00 p.m. L-Arċisqof jżur l-Istitut Paolo Freire, fiż-Żejtun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żejtun… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF F’LAQGĦA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ MILL-PARROĊĊA TAŻ-ŻEJTUN

Bħala parti miż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ mill-parroċċa taż-Żejtun. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm Fr Savio Vella, delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ u Dun Eric Overand, Arċipriet taż-Żejtun.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

KONFERMA LI L-PAPA BENEDITTU XVI SE JŻUR MALTA F’APRIL

Il-Papa Benedittu XVI se jżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Il-Papa se jasal Malta s-Sibt wara nofsinhar u jħalli pajjizna l-Ħadd filgħaxija. Mal-wasla tieg]u, wara laqgħat mal-ogħla Awtoritajiet Ċivili, il-Qdusija Tiegħu se jżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Il-Ħadd filg]odu, il-Papa se jmexxi ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana u wara nofsinhar, laqgħa maż-żgħażagh fil-Valletta Waterfront… Kompli aqra »

Konkors Kanzunetta Uffiċjali Jum iż-Żgħażagħ 2010

Wara is-suċċess tal-Konkors Kanzunetta Uffiċjali Jum iż-Żgħażagħ 2009 li sar f’April li għadda bil-parteċipazzjoni ta’ xejn inqas minn għaxar bands lokali, il-Kummissjoni Djoċesani Żgħażagħ (KDZ) tixtieq tinforma lil-Christian Bands li l-ħames edizzjoni ta’ dan il-Konkors se jsir nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2010 fit-Teatru Sależjan, tas-Sliema.  Din l-edizzjoni tal-Konkors hi t-tieni waħda minn ċiklu ta’ tliet snin li jwassalna għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011, li se jiġi ċċelebrat f’Madrid, Spanja.  … Kompli aqra »

566,000 EWRO B’RISQ DAWK FIL-BŻONN MILL-KAMPANJI TA’ RADJU RTK

Matul iż-żewġ kampanji organiżżati minn Radju RTK fi żmien il-Milied u nhar l-ewwel tas-sena, inġabru 566,000 Ewro.  Il-flus li nġabru, tqassmu lil ħames entitajiet differenti li huma: id-Dar tal-Providenza, l-Uffiċju Ċentrali Djar tat-Tfal ‘Ejjew Għandi’, it-Taqsima Refuġjati, id-Dar tal-Kleru u l-Familji fil-Bżonn mid-Djoċesi t’Għawdex. Il-preżentazzjoni tal-fondi saret mill-Arcisqof Pawlu Cremona OP, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009.

L-ewwel kampanja kienet RTK – Familji fil-Bzonn u li minnha inġabru 45,400 Ewro, mis-semmiegħa ta’ Radju RTK bejn it-30 ta’ Novembru u l-21 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet.  … Kompli aqra »

ISQFIJIET FI FRANZA KONTRA L-ADOZZJONI MINN KOPPJI OMOSESSWALI

Gay adoption

“Għal tifel jew tifla, id-differenza bejn is-sessi tal-ġenituri hi fundamentali, hija l-mudell li jgħin lill-wild jifforma identita u jsib postu”. Din hija l-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika Franċiża fid-dawl tad-deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar jiem mill-Qorti Amministrattiva ta’ Besancon u li tat koppji omosesswali nisa id-dritt li jadottaw tifel jew tifla.

L-opinjoni tal-Isqfijiet Franċiżi hi espressa minn Mons Jean-Charles Descubes, Arċisqof ta’ Rouen u President tal-Kunsill tal-Isqfijiet għall-familja u l-kwistjonijiet Soċjali… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JINAWGURA DAR JEAN VANIER FIŻ-ŻEJTUN

L-Erbgħa, 11 ta’ Novembru 2009, ġiet inawgurata Dar Jean Varnier, it-tielet dar taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni Nazareth fiż-Żejtun, li tieħu ħsieb persuni b’diżabilita, bla vuċi, emarġinati u vulnerabbli fis-soċjeta. Id-dar ngħatat l-isem wara l-fundatur tal-Fondazzjoni Arche, għaqda internazzjonali għall-persuni b’diżabilita, fost oħrajn. L-Arċisqof Pawlu Cremona inawgura d-dar waqt li qal li hi fiha nnifisha messaġġ lill-Knisja biex tiftakar li l-funzjoni tagħha hi li twassal il-messaġġ t’Alla, messaġġ ta’ mħabba, lil kulħadd, inkluż lil dawk vulnerabbli u li qed ibatu… Kompli aqra »

L-EWWEL ANGLIKANI F’RUMA

Anglikani li fittxew komunjoni ma’ Ruma qed jagħtu reazzjoni inizjali pożittiva għall-Kostituzzjoni Appostolika ippubblikata.

F’rapport fuq il-Messenger Journal, il-provinċja tal-Komunjoni Anglikana Tradizzjonali qalet li huma jkunu “l-ewwel li jaċċettaw”

Il-vot, li ttieħed qabel ma kienet ippubblikata l-Kostituzzjoni, kien unanimu u kien jinkludi vot bil-posta minn dawk li ma kinux preżenti, spjega r-rapport.

“B’mod sinifikanti, dan il-vot seħħ fil-post fejn twieldet il-komunjoni Anglikana”, kompliet l-istqarrija… Kompli aqra »