Arkivji mensili: Novembru 2010

Forum taż-Żgħażagħ dwar il-Komunikazzjoni Online

Nhar it-Tnejn, 22 ta’ Novembru, tiftaħ ir-raba’ edizzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ li se jsir fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fis-7:00 p.m. It-tema ta’ din is-sena ‘Keepitreal’ tinvestiga l-impatt soċjali tal-meżżi ta’ komunikazzjoni li qed jinħolqu permezz tal-internet bħal social networks, Instant Messaging u blogs.

Tliet riċerkaturi ta’ dan il-qasam se jitkellmu dwar il-mekkaniżmi bażiċi wara dawn il-meżżi biex jgħinu r-riflessjoni taż-żghażagħ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Novembru

Luqa 19,45-48

Mbagħad daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ‘l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub, ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin! U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

KATTOLIĊI, MUSULMANI DWAR IL-ĦTIEĠA TAL-LIBERTA RELIĠJUŻA

L-importanza tal-liberta reliġjuża bħala dritt bażiku vis a vis id-dinjita umana kien wieħed mill-punti li ntlaħaq qbil dwarhom f’Kollokju Kattoliku-Musulman f’Tehran. Is-7 Kollokju taċ-Ċentru għad-Djalogu Inter-reliġjuż tal-Organizzazzjoni għar-relazzjonijiet u l-kultura Islamika kif ukoll tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż, għalaq il-Ħamis u kien immexxi mill-Presidenza konġunta tal-President tal-Organizzazzjoni għar-relazzjonijiet u l-kultura Islamika, Mohammad Baqer Khorramshad, kif ukoll tal-President tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż, il-Kardinal Jean Louis Tauran.

It-tema tal-laqgħa ta’ tliet ijiem kienet “Ir-Reliġjon u s-Soċjeta llum: Il-Perspettiva Nisranija u dik Musulmana”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Novembru

Luqa 19,41-44

Wasal qrib il-belt u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “M’hux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawwruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek !”

Il-Qaddis tal-Jum: Dedikazzjoni tal-Bażiliki San Pietru u San Pawl f’Ruma           – Santa Rosa Phillipine Duchesne Kompli aqra »

IL-VATIKAN IĦABBAR SIT INTERNET ĠDID

Archbishop Claudio Maria Celli

L-Arċisqof Claudio Maria Celli, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, ħabbar dalgħodu il-ħolqien ta’ sit internet ġdid tal-Vatikan li qal li se jservi bħala “punt ta’ konnessjoni bejn għadd ta’ ċentri ta’ produzzjoni ta’ aħbarijiet fi ħdan is-Santa Sede”.

L-Arċisqof Celli għamel din l-aħbar pubblika f’konferenza tal-aħbarijiet waqt il-preżentazzjoni ta’ unit televiżiv ġdid, high-definition, fi ħdan iċ-Ċentru Televiżiv tal-Vatikan… Kompli aqra »

ID-DOKUMENT DWAR IL-FESTI MISTENNI JKUN LEST DALWAQT

Id-Dokument dwar il-Festi mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin. Dan kien ikkonfermat din il-ġimgħa ma’ IL-ĠENSillum online minn uffiċjal fl-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof. “F’dan l-istadju nista’ nikkonferma li t-taħditiet għadhom għaddejjin u li d-Dokument mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin, għalkemm għad m’hemmx data stabbilita,” qal il-kelliemi għall-Kurja.

Kien fil-5 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra li l-Knisja ppreżentat id-Dokument Konsultattiv dwar tibdil propost għall-festi f’Malta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Novembru


Luqa 19,11-28

Huma u jisimgħu dan, Ġesù żied jgħid parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu, ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu… Kompli aqra »

KONĊISTORJU ORDINARJU PUBBLIKU BIEX JITĦABBRU 24 KARDINAL ĠDID

L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ħabbar li fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru filgħodu, Benedittu XVI se jżomm Konċistorju Ordinarju Pubbliku biex eventwalment jitħabbru erbgħa u għoxrin Kardinal ġdid.

Il-Ħadd 21 ta’ Novembru, fil-Bażilika San Pietru wkoll, fid-9.30am Solennita ta’ Kristu Sultan, il-Papa se jippresiedi quddiesa kon-ċelebrata mal-Kardinali l-ġodda. Matul iċ-ċelebrazzjoni, jaħtarhom Kardinali.

Inħareġ ukoll mill-Vatikan il-programm għaż-żjajjar ta’ koretsija lill-Kardinali l-ġodda skedati bejn l-4.30 u s-6.30pm nhar is-Sibt… Kompli aqra »

SEBA’ SEMINARISTI SE JINGĦATAW IL-MINISTERU TAL-AKKOLITAT

Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Novembru 2010, l-Arċisqof Pawl Cremona O.P, ser imexxi ċelebrazzjoni Ewkaristika li fiha seba’ seminaristi se jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat. Iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Andrija, Ħal Luqa, fis-7 p.m.

Is-seba’ seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma:  Dillon Bugeja mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, Robin Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’Andrija, Ħal Luqa, Roderick Camilleri mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, Mario Dimech mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi, Anthony Paul Fitzpatrick mill-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa, George Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi u  Michael Zammit mill-Parroċċa ta’ Sant’ Elena, Birkirkara… Kompli aqra »

SOLIDARJETÀ MAL-CARITAS MALTA

Matul dawn l-aħħar ġimgħatejn, il-Caritas Malta rċeviet għadd kbir ta’ sejħiet għall-għajnuna minn għand persuni li għandhom problema ta’ droga jew mingħand il-familji tagħhom.  Din iż-żjieda fit-talbiet għall-għajnuna kient riżultat ta’ żewġ edizzjonijiet tal-progarmm televiżiv Xarabank li kienu dedikati għall-problema tad-droga, u x-xogħol li qed twettaq il-Caritas ma’ persuni li jridu jirriabilitaw irwieħhom.

Il-Caritas Malta qalet li din kienet wirja ta’ solidarjetà li nvolviet lit-Tim ta’ Xarabank, li ddedika ħafna ħin għall-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ programmi, il-Public Broadcasting Services, il-kumpaniji tat-telephone u l-mobile, l-ħaddiema tal-Caritas, kif ukoll lill-klijenti li qed jagħmlu l-programm ta’ riabilitazzjoni u l-familji tagħhom… Kompli aqra »