Arkivji mensili: Novembru 2010

PROGRAMM TAL-FUNERAL TA’ MONS. NIKOL CAUCHI, ISQOF EMERITUS TA’ GĦAWDEX

It-Tlieta, 16 ta’ Novembru 2010

12.30:     Tluq tal-Korteo mill-Isptar Mater Dei li jgħaddi mill-Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, Xemxija, Mellieħa.

13.30:     Tluq mill-Marfa bil-Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta.

14.00:     It-tebut tal-Isqof Cauchi jiġi milqugħ l-Imġarr. Il-Korteo jgħaddi mit-toroq prinċipali ta’ Għawdex sal-Pjazza tal-Għarb.

15.00:     Wasla fil-Pjazza tal-Għarb u dħul fil-Knisja Bażilika Kolleġġjata… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Novembru

Luke 19,1-10

Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri  ‘l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

L-ISQOF CAUCHI JMUR LURA F’DAR IL-MISSIER TAS-SEMA

KOMUNIKAT MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tinsab f’luttu peress li llum, l-E.T, Mons. N. Cauchi, Isqof Emeritus, għamel il-passaġġ għal ħdan il-Missier etern. F’sens ta’ rispett filjali u bi gratiduni profonda lejn l-Isqof Cauchi li fl-episkopat tiegħu rawwimna fil-fidi fi Kristu, sawwarna bħala Knisja u akkumpanjana fit-tibdil soċjali li seħħ f’dawn l-aħħar 40 sena, insejjaħ lill-Knisja kollha biex toffri talb b’sufraġju tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Novembru

Luqa 18,35-43

Ġara li, huwa u riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu… Kompli aqra »

15 – 21 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

3.45 p.m. L-Arċisqof jindirizza l-konferenza “Shaping Our Future” organizzata mid-Dipartiment tas-Saħħa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Universita’ ta’ Malta, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Novembru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.



Luqa 21,5-19

Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

STUDJU JWISSI DWAR ABBUŻI FUQ L-INTERNET

Kliem ħażin, avvanzi sesswali, stediniet minn irġiel kbar biex jiltaqgħu fir-realtà, pornografija. Dawn huma biss uħud minn forom ta’ abbuż li adolexxenti Maltin jiltaqgħu magħhom fuq l-internet.

Dan ħareġ minn kummenti li kisbet din il-gazzetta elettronika mingħand xi adolexxenti fid-dawl ta’ stħarriġ tal-London School of Economics u ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea bit-titlu Risks and safety on the internet: The perspective of European children, Initial findings from the EU Kids Online survey of 9-16 year olds and their parents u li jista’ jitniżżel minn www.eukidsonline.net… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Novembru


Luqa 18,1-8

Mbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu, ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’ Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal, ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejjqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’ ”  U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid  l-imħallef il-ħażin… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, TFAL U KATEKISTI TAL-GĦARGĦUR

Bħala parti miż-żjara pastorali tal-Arċisqof fil-Għargħur, nhar l-Erbgħa 10 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet u ltaqa’ mal-katekisti u mat-tfal li jattendu dan iċ-ċentru ta’ katekiżmu. F’laqgħa oħra li saret dakinhar stess, l-Arċisqof ltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ mill-Parroċċa tal-Għargħur.

Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Għargħur AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »