Arkivji mensili: Diċembru 2010

IKKONFERMAT IL-VJAĠĠ TAL-PAPA LEJN IL-ĠERMANJA FL-2011

Pope out of the aeroplane

Il-vjaġġ li l-Papa Benedittu XVI se jagħmel fil-Ġermanja f’Settembru li ġej kienet uffiċjalment ikkonfermata mill-Arċisqof Robert Zollitsch, Arċisqof ta’ Freiburg fi Breisgau.

Fi stqarrija, l-Arċisqof innota li l-Papa se jivjaġġa lejn il-Ġermanja mit-22 sal-25 ta’ Settembru, liema vjaġġ se jkun ikkunsidrat bħala żjara Statali. Il-Papa rċievi stediniet kemm mill-President tal-Ġermanja, Christian Wulff, kif ukoll mill-konferenza episkopali tal-pajjiż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Dicembru

Luqa 7,19-23

Ġwanni sejjaħ tnejn mid-dixxipli tiegħu maġenbu, u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Kif dawk it-tnejn waslu ħdejh qalulu: “Ġwanni l-Battista bagħatna għandek biex nistaqsuk: Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Dak il-ħin stess Ġesù fejjaq ħafna nies mill-mard, mit-tbatijiet u mill-ispirti ħżiena, u lil bosta għomja għoġbu jagħtihom id-dawl… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Dicembru

Mattew 21,28-32

“Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu, ‘Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli.’ U dak qallu, ‘Ma rridx.’ Iżda mbagħad biddel  il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sidi,’ qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?” “L-ewwel wieħed,” weġbuh. U qalilhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAPPELLA GĦAL PRUDENZA QUDDIEM DOKUMENTI TA’ WIKILEAKS

WikiLeaks

B’reazzjoni għall-pubblikazzjoni ta’ għadd ta’ komunikazzjonijiet sigrieti u kunfidenzjali tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan, il-Vatikan qed jappella għall-prudenza fl-evalwazzjoni tad-dokumenti. Is-sit internet ta’ Wikileaks kiseb 251,287 cable kunfidenzjali b’komunikazzjoni bejn 274 ambaxxata Amerikana madwar id-dinja u d-Dipartiment tal-Istat Amerikan bejn l-1966 u dis-sena.

 Is-sit beda jippubblika dawn id-dokumenti fit-28 ta’ Novembru li għadda u jippjana li jibqa’ jippubblika minnhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Dicembru

Mattew 21,23-27

Daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?” U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-sema jew mill-bnedmin?” Dawk bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema,’ jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintux?’ U jekk ngħidulu, ‘Mill-bnedmin,’ nibżgħu min-nies, għax lil Ġwanni kulħadd iżommu bi profeta.” Mbagħad wieġbu lil Ġesù u qalulu: “Ma nafux.” U hu qalilhom: “Mela anqas jiena ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan… Kompli aqra »

13 – 19 ta’ Diċembru

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Republika, fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt.

It-Tlieta

9.30 a.m. Il-Guide Dogs Foundation jagħmlu żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ għeluq il-festi ċentinarji fil-Fgura.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Dicembru u Kelma Għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

It-Tielet Ħadd tal-Avvent

“Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”

Matthew 11,2-11

Ġwanni, li kien fil-ħabs sama’ bl-għemejjel al-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u  qallu: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar ill-foqra… Kompli aqra »

200,000 ISEGWU L-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FUQ FACEBOOK

WYD 2011 logo

)

L-organizzaturi tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011 f’Madrid fi Spanja qed jisfruttaw mezzi differenti li jinkludu siti ta’ network soċjali fuq l-internet bħall-Facebook biex jattiraw parteċipanti għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed jitħejjew. Madwar 200,000 jidher li qed isegwu l-aħbarijietmarbuta ma’ dawn l-attivitajiet f’20 lingwa differenti permezz tal-facebook. Aktar minn miljun persuna jirriżulta li żaru l-paġna uffiċjali marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fuq l-internet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Dicembru

Mattew 17,10-13

U d-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?” Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.” Mbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »