KATTOLIĊI, MUSULMANI DWAR IL-ĦTIEĠA TAL-LIBERTA RELIĠJUŻA
18/11/2010L-importanza tal-liberta reliġjuża bħala dritt bażiku vis a vis id-dinjita umana kien wieħed mill-punti li ntlaħaq qbil dwarhom f’Kollokju Kattoliku-Musulman f’Tehran. Is-7 Kollokju taċ-Ċentru għad-Djalogu Inter-reliġjuż tal-Organizzazzjoni għar-relazzjonijiet u l-kultura Islamika kif ukoll tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż, għalaq il-Ħamis u kien immexxi mill-Presidenza konġunta tal-President tal-Organizzazzjoni għar-relazzjonijiet u l-kultura Islamika, Mohammad Baqer Khorramshad, kif ukoll tal-President tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż, il-Kardinal Jean Louis Tauran.
It-tema tal-laqgħa ta’ tliet ijiem kienet “Ir-Reliġjon u s-Soċjeta llum: Il-Perspettiva Nisranija u dik Musulmana”… Kompli aqra »