Yearly Archives: 2010

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ EX-MEMBRI TAL-BORD TAT-TMEXXIJA TAL-RTK

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ ma’ membri li ffurmaw parti mill-bord tat-tmexxija tal-RTK, fil-Kurja.

Jidhru fir-ritratt prinċipali (mix-xellug għal-lemin): Joe Zammit (Segretarju), Robert Agius (Membru), Dun Anton Cassar (Membru), Franco Azzopardi (Chairperson), Archbishop Paul Cremona O.P., Fr. Charles Tabone O.P. (id-Delegat tal-Arċisqof għal Komunikazzjoni Soċjali), Prof. E. Delia (Membru) and Mr… Kompli aqra »

“SVOJTAJNA S-SESSWALITA’ MILL-VERITA’ U T-TIFSIRA TAGĦHA”

“Fl-ethos tal-bniedem tal-Punent, is-sesswalità umana m’għadhiex titqies bħala aspett serju tal-ħajja tal-bniedem. Svojtajna s-sesswalità mill-verità u t-tifsira proprja tagħha. Is-sesswalità m’għadhiex titqies bħala attività ‘sagra’, u għax timpenja l-persuna bħala tali, issa qed tiġi pubbliċizzata bħala ‘attività mekkanika’.”

Hekk sostna l-Isqof Mario Grech waqt konferenza nazzjonali li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet dwar ‘Is-Sbuħija tal-Ġisem: lejn it-Teoloġija tal-Ġisem’. Il-konferenza kienet organizzata minn Dar Ġużeppa Debono… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Novembru

Luqa 16,9-15

U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? … Kompli aqra »

IT-TIELET EDIZZJONI TAL-FESTIVAL GĦALL-KORIJIET PARROKKJALI

Il-Kummissjoni Kultura tal-Arċidjoċesi ta’ Malta flimkien mal-Kumitat Organizzativ għall-Festi Ċentinarji tal-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid qegħdin iniedu t-tielet edizzjoni tal-Festival għall-Korijiet Parrokkjali. Da se jsir nhar l-Erbgħa 10, il-Ħamis 11 u l-Ġimgħa 12 ta’ Novembru. Din is-sena l-Festival se jinżamm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Raħal Ġdid bħala parti mill-festi ċentinarji tal-Parroċċa.

F’din it-tielet edizzjoni se jipparteċipaw korijiet parrokkjali minn dawn l-ibliet u rħula: Gwardamanġa, Ħal Safi, Ħaż-Żabbar, Marsaxlokk, Mosta, Raħal Ġdid, San Bastjan, Ħal Qormi, San Ġiljan u Żurrieq… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Novembru

Luqa 16,1-8

Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? … Kompli aqra »

Il-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-AWSTRALJA GĦAL MALTA ŻŻUR IL-MONASTERU TA’ SANT’URSOLA

Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Novembru, 2010, il-Kummissarju Għoli tal-Awstralja għal Malta, l-E.T. Ms Anne Quinane, akkumpanjata minn Mons. Philip Calleja, marret il-Monasteru tas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ Sant Ursola, il-Belt, iżżur liż-żewġt aħwa Sr Christine u Lillian Borġ, it-tnejn imweldin l-Awstralja.

Hi saret taf bihom f’laqgħa li kellha ma’ ommhom, wara l-Quddiesa li ġiet iċċelebrata fl-KonKatidral ta’ San Ġwann nhar il-Ħadd 24 ta’ Ottubru, fl-okkażjoni ta’ Jum il-kanonizzazzjoni ta’ l-ewwel Qaddisa Awstraljana, Sr Mary of the Cross (Mary Helen MacKillop)… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Dicembru

Mattew 9,35 – 10,1.6-8

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Mbagħad qal  lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.” Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Novembru

Luqa 15,1-10

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

KIF IL-MEDJA TINFLUWENZA IN-NISRANI

How can Catholics live in a media-saturated culture?’ u ‘The World in our face – How do people of faith download the best and leave the rest?’ ser ikunu ndirizzati f’żewġ seminars li ser isiru nhar il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta’ Novembru, 2010. Rev. Dr. Richard Leonard SJ, lecturer fl-Universita’ Pontifikali Gregorjana, f’Ruma ġie mistieden jindirizza dawn is-seminars… Kompli aqra »

IL-PAPA TUL NOVEMBRU JITLOB GĦAL DAWK FIL-PROBLEMA TAD-DROGA

Pope greets the crowd

Matul ix-xahar ta’ Novembru l-Papa Benedittu XVI qiegħed jitlob b’mod speċjali għal dawk fil-vizzju tad-droga, għal dawk li jużawha jew huma dipendenti fuqha jew fuq xi tip ta’ sustanza.

L-Appostolatura tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet li għażel il-Papa għal dan ix-xahar ta’ Novembru. Qalet li qed jitlob bl-intenzjoni ġenerali li “l-vittmi tad-droga jew ta’ kwalunkwe sustanza dipendenti oħra, bl-appoġġ tal-komunita nisranija, isibu l-qawwa li jbiddlu ħajjithom radikalment, bis-saħħa u l-għajnuna t’Alla Salvatur”… Kompli aqra »