APPELL BIEX NIFTAKRU FIL-MALTIN LI QED JAQDU ĦIDMA MISSJUNARJA
27/09/2010Is-Segretarjat għas-Saċerdoti Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (SMPO) jsellem lis-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin li qed jaqdu dawn id-dmirijiet missjunarji u juri l-apprezzament tiegħu għall-ħidma siewja li dawn qegħdin iwettqu f’dan il-qasam.
Is-Segretarjat jistieden lill-Maltin biex meta jiltaqgħu madwar mejda, fil-familja u fi gruppi, jieqfu għal mument u jaħsbu fid-diffukultajiet li għaddejjin minnhom dawk li qegħdin jaħdmu fil-Pakistan u l-Indja. … Kompli aqra »