ŻAGĦŻUGĦA BEATIFIKATA
24/09/2010Chiara Badano
Chiara Badano kienet żagħżugħa moderna: kienet tħobb tkanta, tiżfen, tilgħab it-tennis, fost ħafna affarijiet oħra, sakemm il-marda tal-kanċer serqitilha ħajjitha fl-eta ta’ 18-il sena. Is-Sibt 25 ta’ Settembru – jum speċjali li matulu f’ċerimonja preseduta mill-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, il-Kardinal Angelo Amato, f’isem il-Papa, Chiara se tkun beatifikata. Chiara kienet membru tal-Moviment tal-Fokolari mwaqqaf fl-Italja minn Chiara Lubich fl-1943.
Is-Sibt ukoll, eluf ta’ membri ta’ dan il-moviment fl-awla Pawlu VI fil-Vatikan jiċċelebraw l-ewwel beatifikazzjoni ta’ xi ħadd mill-moviment tagħhom… Kompli aqra »