Yearly Archives: 2010

KAPPILLAN ĠDID F’MARSAXLOKK

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Mangion bħala kappillan tal-Parroċċa Madonna ta’ Pompei, f’Marsaxlokk.

Dun Mario twieled is-Siġġiewi fit-18 ta’ Mejju, 1981. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-kulleġġ ta’ Santu Wistin u wara fil-fakulta ta’ Teoloġija, fl-Universita’ ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2007. L-ewwel esperjenza pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa taż-Żejtun, fejn ilu viċi-arċipriet għal dawn l-aħħar sentejn… Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-membri ta’ l-istaff tas-Seminarju u membri tal-Fakulta tat-Teologija, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-ġenituri u tfal fil-parroċċa ta’ Ħad Dingli, u wara  ssir il-preżentazzjoni tat-tfal lil Santa Marija… Kompli aqra »

DJOĊESI ĠDIDA GĦALL-MALAWI

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar it-twaqqif ta’ djoċesi ġdida għall-pajjiż Afrikan tal-Malawi. Hekk it-total ta’ djoċesijiet fil-pajjiż jammonta għal tmienja.

Id-djoċesi l-ġdida ta’ Karonga tieħu t-territorju mid-djoċesi ta’ Mzuzu. L-ewwel Isqof huwa Martin Anwel Mtumbuka mill-kleru ta’ Mzuzu. Huwa għandu 52 sena u kien qed jaħdem bħala viċi kanċillier fl-Universita Kattolika ta’ Malawi. Huwa kien ordnat saċerdot fil-31 ta’ Lulju fl-1988… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Awissu

Luke 1,39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu  s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? … Kompli aqra »

MALTA SSELLEM LIL GUIDO DE MARCO

Il-kelma fuq fomm kulħadd ilbieraħ kienet ‘Guido’, li miet il-Ħamis fl-Isptar Mater Dei fl-età ta’ 79 sena. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali l-Ħamis filgħaxija taw repurtaġġ estensiv tal-aħbar tal-ġurnata li ħarġet kmieni wara nofsinhar.

Il-ġurnali tal-bieraħ, imbagħad, ilkoll taw prominenza lil din l-aħbar fl-ewwel paġna tagħhom. ‘Imut l-eks-President de Marco,’ kien jgħid it-titlu ta’ L-Orizzont, b’rapport ta’ Charmaine Craus… Kompli aqra »

LAJĊI EWROPEJ JIDDISKUTU L-PROMOZZJONI TAD-DINJITA UMANA

Iktar kmieni dan ix-xahar, membri tal-Forum Ewropew tal-Kumitati Nazzjonali tal-lajċi, inġabru sabiex jirriflettu fuq id-dinjita umana, u biex jiddiskutu metodi ta’ kif iżidu l-kollaborazzjoni mal-Vatikan. Delegati minn 12-il pajjiż iltaqgħu f’Birmingham  f’assemblea tal-forum li ġġib flimkien il-kumitati nazzjonali u l-kunsilli tal-lajċi fi ħdan il-Knisja f’pajjiżi Ewropej għal skopijiet ta’ kollaborazzjoni.

It-tema tal-Assemblea kienet “Id-Dinjita Umana fl-Ewropa li qed tinbidel – it-tweġiba nisranija”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Awissu

Mattew 19,13-15

Mbagħad ressqulu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Kompli aqra »

KATTOLIĊI INGLIŻI B’APPOĠĠ GĦAL INIZJATTIVI FAVUR IL-ĦAJJA

Riċentament, kattoliċi fl-Ingilterra u Wales, iċċelebraw il-jum annwali ddedikat għall-ħajja. Permezz ta’ ġbir f’dan il-jum, il-Knisja setgħet tgħaddi donazzjonijiet sostanzjali affavur inizjattivi li jiffavorixxu l-ħajja.

Fl-aħħar sentejn, l-Isqfijiet responsabbli minn dan il-jum ddedikat għall-ħajja, Mons Bernard Longley u Mons Peter Smith, qassmu mas-764,000 dollaru Amerikan. Dawn id-donazzjonijiet miġbura mill-ġbir fil-quddies tal-aħħar Ħadd ta’ Lulju kull sena, imorru għal għotjiet li jintrebħu għal inizjattivi favur il-ħajja appoġjati mill-Knisja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Awissu

Matthew 19,3-12

U resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed’? Għalhekk m’humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed… Kompli aqra »

L-ISQFIJIET AMERIKANI JIBAGĦTU IKTAR GĦAJNUNA F’ĦAITI

L-Isqfijiet Amerikani approvaw fondi għal iktar minn għaxar proġetti fil-Ħaiti, reġjun milqut miċ-ċaqliq tal-art. Hekk l-ammont ta’ għajnuna mibgħuta mill-konferenza episkopali jaqbeż il-miljun dollaru Amerikan. Wara t-terremot ta’ qawwa 7 fuq l-iskala Richter f’Jannar li għadda, ġabra li saret fid-djoċesijiet Amerikani ammontat total ta’ madwar 80 miljun dollaru Amerikan f’għajnuna għall-Ħaiti. Is-sottokumitat tal-Knisja fl-Amerika Latina fi ħdan il-Konferenza Amerikana tal-Isqfijiet Kattoliċi, li qed jamministra l-fondi, iltaqa’ riċentament biex japprova l-fondi għall-proġetti, li jammontaw għal 212,700 dollaru Amerikan… Kompli aqra »