Yearly Archives: 2010

12 – 18 ta’ Lulju

 

It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Konkattidral ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Puluzija.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sinjura Claudia Taylor-East, president ta’ S.O.S Malta.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal-Parroċċa Kristu Re’, Raħal Ġdid.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Lulju

Luqa 10, 25-37

Mela jqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrbu, staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?” Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?” U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” “Sewwa weġibt?” qallu Ġesù,”agħmel hekk u tgħix.” Iżda dak, biex juri li kellu raġun, qal lil Ġesù: “U l-proxxmu tiegħi min hu?” U Ġesù raġa’ qabad jgħidlu: “Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm, u waqa’ f’idejn il-ħallelin; dawn neżżgħuh, biċċruh bis-swat u telqu, u ħallewh nofsu mejjet.Nzerta kien nieżel qassis minn dik it-triq u rah, għadda minn mal-ġenb u baqa’ sejjer… Kompli aqra »

ADOZZJONI ‘SPIRITWALI’ TA’ TRABI MHUX IMWIELDA

Tfajliet li jattendu l-iskola sekondarja tal-bniet tal-Konservatorju tal-Isqof, ir-Rabat, Għawdex, fl-aħħar sentejn ħadu sehem fi proġett pilota fejn adottaw ‘spiritwalment’ tarbija mhux imwielda bħala parti minn kampanja edukattiva favur il-ħajja.

L-inizjattiva saret fl-okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif ta’ Dar Ġużeppa Debono, li taħdem fost tfajliet-ommijiet f’Għawdex.

F’kummenti lil IL-ĠENSILLUM online, Francesco Pio Attard, kelliem għal din id-dar, fisser li din l-inizjattiva laħqet…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Lulju

Mattew 10,24-33

“Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru!

“Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IPPREŻENTAT B’KOPJA TAT-TESTMENT IL-ĠDID FUQ CD

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ġie ppreżentat bi produzzjoni mill-Għaqda Biblika Maltija, tat-Testment il-Ġdid fuq CD, fil-Kurja.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek… Kompli aqra »

IL-KARDINAL RE, MIBGĦUT SPEĊJALI GĦAR-RABA’ ĊENTINARJU F’AREQUIPA FIL-PERU

Cardinal Giovanni Battista Re

Illum kienet ippubblikata ittra, miktuba bil-Latin u datata 14 ta’ Mejju, li fiha l-Papa ħatar lill-Katdinal Giovanni Battista Re, Prefett Emeritus tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, bħala l-mibgħut speċjali tiegħu għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jfakkru r-raba’ ċentinarju tal-Arċidjoċesi ta’ Arequipa fil-Peru, li għandhom isiru bejn l-14 u t-18 ta’ Lulju.

Saru wkoll pubbliċi l-ismijiet tal-membri li għandhom jakkumpanjaw lill-Kardinal Re li huma Fr… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Lulju

Mattew 10, 16-23

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

AĠENZIJI KATTOLIĊI DIŻAPPUNTATI BL-IMPENN TAL-PAJJIŻI TAL-Ġ8 U L-Ġ20

G8 and G20 summit

“Il-wegħda solenni ta’ vot ta’ $7.3 biljun, inkluż $5 biljuni mill-pajjiżi tal-Ġ8, mhix biżżejjed biex jitwaqqfu l-imwiet bla bżonn ta’ miljuni ta’ nies inkluż nisa tqal u tfal żgħar. Lanqas ma hu biżżejjed li l-pajjiżi tal-Ġ8 jgħidu li qed jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom”.

Dan qaluh rappreżentanti ta’ gruppi kattoliċi ta’ għajnuna.

“Ninsabu diżappuntati bil-mexxejja tal-Ġ8”, qal Michael Casey, direttur eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Kattolika Kanadiża għall-iżvilupp u l-paċi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Lulju

Mattew 10,7-15

Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu                 l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu. Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn hemm… Kompli aqra »