Yearly Archives: 2010

SPANJA TIPPREPARA GĦAŻ-ŻJARA STORIKA TAL-PAPA

Pope in Spain

There is a jubilee year in celebration of the apostle — known as a Jacobeo year — every time his July 25 feast day falls on a Sunday.

Il-vjaġġ tal-Papa Benedittu XVI lejn Spanja fix-xhur li ġejjin għas-sena ġubilari li tfakkar lil Ġakbu l-Appostlu hu l-ewwel vjaġġ fl-istorja – l-ebda Papa qatt ma mar Spanja għal dit-tip t’attivita. Benedittu XVI se jasal Santiago fis-6 ta’ Novembru… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Lulju

Mattew 10,1-7

Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIKKONFERMA IL-VJAĠĠ TAL-PAPA FIR-RENJU UNIT

Pope to visit UK

Kelliemi għall-Vatikan qed jikkonferma ż-żjara li l-Papa ppjana li jagħmel fir-Renju Unit bejn is-16 u d-19 ta’ Settembru li ġej. Fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, id-Direttur Ġiżwita Federico Lombardi afferma “l-aċċettazzjoni tal-istedina tar-Reġina Eliżabetta II, tal-konferenzi episkopali tal-Ingilterra u Wales u tal-iSkozja min-naħa tal-Kap tal-Knisja Kattolika”.

Il-Ġiżwita kompla jikkonferma ż-żjara tal-Papa lir-Reġina fil-Palazaa ta’ Holyroodhouse f’Edinbera… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Lulju

Mattew 9, 32-38

Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!” Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten.”

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

IL-PAPA F’CASTELGANDOLFO MILL-ERBGĦA

Pope at Castel Gandolfo

Il-Papa Benedittu XVI minn nhar l-Erbgħa se jkun f’Castel Gandolfo għall-perjodu tas-sajf.

Dan sar pubbliku mill-Prefettura tal-Casa Pontificia permezz ta’ stqarrija għall-media maħruġa mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

“Matul is-sajf mhu se jsiru ebda udjenzi speċjali u privati”, qalet l-istqarrija. L-Erbgħa 14, 21 u 28 ta’ Lulju lanqas mhu se jsiru udjenzi ġenerali.

Fil-Ħdud u s-Solennitajiet matul is-sajf, l-Angelus se jkun iċċelebrat minn Castel Gandolfo… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Lulju

Matthew 9,18-26

Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu. Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet… Kompli aqra »

5 – 11 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Ms Lucy Stewart, President tal-Maltese Australian Association.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat tal-Każin tal-Banda S. Gabriel li se jippreżentawlu ktieb ta’ l-istorja tas-Soċjeta.

5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Każin tal-Banda S. Bartilmew tal-Għargħur fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta.

7.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Lulju

Luqa 10, 1-12, 17-20

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »

IN-NUNZJU APOSTOLIKU F’TAL-ĦERBA

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru f’Birkirkara din is-sena biex jitfakkar iċ-ċentinarju mill-Inkurunazzjoni solenni tax-xbieha tal-Madonna tal-Ħerba, meqjuma fis-Santwarju f’din il-lokalità, nhar it-Tnejn 5 ta’ Lulju se ssir Konferenza min-Nunzju Apostoliku f’Malta, Monsinjur Tommaso Caputo.

F’kummenti li ta lil IL-ĠENSILLUM online, Philip Xuereb f’isem il-Kumitat Organizzattiv fisser li t-tema ta’ din il-Konferenza se tkun l-ispiritwalità Marjana.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Lulju

and my God!’ Jesus said to him: You believe because you can see me. Blessed are those who have not seen and yet believe.

Ġwanni 20, 24-29

Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom… Kompli aqra »