Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Ġunju

Mark 12,38-44

Hu u jgħallimhom qal ukoll: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa.” Kien qiegħed biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor… Kompli aqra »

FESTA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

Matul din il-ġimgħa l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paul iċċelebraw għeluq il-mitt sena mill-bini tal-Knisja ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu`. Għal din l-okkażjoni speċjali, tħejja programm ta’ ċelebrazzjonijiet li kienu mqassma matul il-ġimgħa. Il-programm tal-festa inkluda kemm attivitajiet fil-kappella kif ukoll festi esterni.

Fost oħrjan l-anzjani jattendew għal diversi attivitajiet reliġjużi u għall-marċ tradizzjonali tal-festa li akkumpanja l-vara tal-Qalb ta’ Ġesu` fis-swali kollha fir-Residenza… Kompli aqra »

IL-MEZZI ĠODDA TAL-MEDIA B’ “POTENZJAL STRAORDINARJU”

new media

F’messaġġ fl-aħħar jiem il-Papa Benedittu XVI qal li l-mezzi moderni tal-media għandhom “potenzjal straordinarju” biex iwasslu l-messaġġ ta’ Kristu lil aktar u aktar nies. Fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa wassal it-tislijiet lil dawk li kienu qed jieħdu sehem fil-Konvenzjoni Kattolika tal-Media fi New Orleans. It-tema tal-Konvenzjoni , sponsorjata mill-Assoċjazzjoni Kattolika tal-Press fl-Istati Uniti u l-Kanada, kienet iffukata fuq it-tixrid tal-Bxara t-Tajba… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Ġunju

Mark 12,35-37

Darba, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David! David stess, mnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal, ‘Il-Mulej qal lil Sidi : Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.’ Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?” U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bil-qalb kollha… Kompli aqra »

Għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdoti

Punti mill–omelija tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt il-Quddiesa li saret nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju, 2010, fil-Katidral tal-iMdina, f’għeluq is-Sena Saċerdotali.

Mark 12, 18-27

  • Dawl li qiegħed jagħtina l-Mulej fuq iż-żwieġ u bħala konsegwenza fuq iċ-ċelibat.
  • Qiegħed ifakkarna fil-pjan sabiħ ta’ Alla li fit-temporalità tagħna li tinkludi l-bniedem shih – ruħ u ġisem – huwa għamel dan il-pjan li jagħmel lill-bniedem raġel u mara biex permezz tal-imħabba tagħhom, li tesprimi ruħha anki fl-għaqda fiżika, jista’ jkun hemm kontinwità fil-ħolqien tiegħu li l-bnedmin jitkattru…
  • Kompli aqra »

10 PAJJIŻI, INKLUŻ MALTA, JIDDEFENDU L-KURĊIFISS MAL-ITALJA

A crucifix in the classroom

Il-każ tal-kurċifiss fil-kalssijiet fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani wassal għal intervent ikkunsidrat straordinarju jew uniku ta’ għaxar pajjiżi, inkluż Malta, bħala terzi fil-każ. Kien iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi u l-Ġustizzja, li kien awtorizzat ukoll biex isib postu fil-każ tal-qorti fis-smigħ dwar il-leġittimita tal-espożizzjoni tal-kurċifiss fl-iskejjel Taljani, li rrapporta dan.

Il-każ kien riferut lill-Grand Chamber meta l-gvern Taljan appella min deċiżjoni maħruġa mit-tieni sezzjoni tal-Qorti f’Novembru li għadda, li kienet tkellmet dwar il-preżenza tal-kurċifiss fil-klassijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Ġunju

Mark 12,28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek… Kompli aqra »

FIL-ĠERMANJA DIFIŻ JUM IL-ĦADD MILL-KURRENTI TAL-KONSUMERIŻMU

family together on Sunday

L-ogħla qorti Ġermaniża tat direzzjoni ċara li jum il-Ħadd għandu jibqa’għall-mistrieħ u marret kontra liġi f’Berlin li tħoll ċerti restrizzjonijiet fuq ix-xiri f’jum il-Ħadd. Għadd ta’ gazzetti laqgħu l-aħbar, uħud għal raġunijiet ta’ reliġjon, oħrajn għal raġuni ta’ tradizzjoni, oħrajn minħabba tħassib dwar id-drittijiet tal-ħaddiema.

Diversi stati fil-Ġermanja diġa kienu ħolqu xi eċċezzjonijiet u ppermettew ħwienet sabiex jiftħu numru ta’ Ħdud fis-sena… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Ġunju

Mark12,18-27

Mela resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal… Kompli aqra »