Yearly Archives: 2010

IL-KNISJA U L-LIĠI TAL-VOLONTARJAT

Kemm-il darba ssemma u nkiteb fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa li l-Knisja f’Malta għandha xi diffikultajiet dwar il-Liġi li tirregola Organizazzjonijiet Volontarji u l-Amministrazzjoni tagħhom.

Ġieli ġie allegat li dawn id-diffikultajiet huma li l-Knisja ma tridx li tagħti rendikont skont din il-Liġi, tad-dħul u l-infieq finanzjarju tal-attivitajiet tal-Organizazzjonijiet tagħha. Dan mhux il-każ. Id-diffikultajiet huma ta’ natura oħra. Billi t-taħdidiet mal-awtoritajiet konċernati għadhom għaddejjin u jidhru li resqin lejn it-tmiem, jidhrilna li mhux prudenti nagħtu aktar dettalji… Kompli aqra »

KAMPANJA RTK B’RISQ IL-FAMILJI FIL-BŻONN

PROGRAMM TA’ KURA PREVENTIVA

Għal darb’oħra matul dan l-Avvent, ir-Radju tal-Knisja RTK qed jorganizza l-Kampanja Familji fil-Bżonn. Wieħed mill-benefiċarji huwa l-Uffiċċju Ċentrali EJJEW GĦANDI (Djar tat-Tfal) li, fost il-ħidmiet tiegħu, imexxi l-programm ta’ kura preventiva.

Dan l-Uffiċċju fi ħdan il-Knisja f’Malta jemmen li t-tfal kull fejn huwa possibbli posthom hu fi ħdan il-familja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Dicembru

Matthew 11,16-19

“Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhulil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!’Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

Il-Qaddisa tal-Jum: Il-Madonna ta’ Loretu Kompli aqra »

8 MILJUN EWRO F’DONAZZJONIJIET LILL-ART IMQADDSA

Cardinal John Foley, grand master of the order, reported this Saturday in London at a lieutenancy meeting regarding the projects the organization is supporting.

He noted the commitment of the order “to the continued existence of a Christian presence in the Holy Land, defined as Israel, Jordan, the Palestinian Territories and Cyprus.”

Part of this funding went to support Benedict XVI’s visit to Cyprus earlier this year, and another is going to help in the construction of a Latin Catholic church in Aqaba, Jordan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Dicembru

Mattew 11,11-15

Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sa llum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni,  dan hu Elija li għandu jiġi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Dicembru

It-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Marija

Luqa 1,26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI KRISTU GĦANDU R-RISPOSTI GĦALL-MARD TAS-SOĊJETA

Il-Papa Benedittu XVI qal li t-tweġibiet għall-mard li qed tiffaċċja s-soċjeta jista’ wieħed isibhom meta jdur fuq Ġesu. Meta kien qed jilqa’ għandu f’udjenza lill-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Costa Rica għas-Santa Sede, Fernando Sanchez Campos, li preżenta l-Ittri tal-Kredenzjali, il-Papa qal li l-poplu ta’ Costa Rica “sekli ilu laqa’ ż-żerriegħa evanġelika”.

Qal li hu poplu li jaf li “fi Kristu, l-Iben t’Alla, il-bniedem dejjem jista’ jsib il-qawwa biex jikkumbatti l-faqar, il-vjolenza domestika, il-qgħad u l-korruzzjoni, minbarra li jfittex il-ġustizzja soċjali, il-ġid komuni u l-progress integral ital-bniedem”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Dicembru

Mattew 18,12-14

“Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq  l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu. Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.

Il-Qaddis tal-Jum: San Abroġ, Isqod u Duttur tal-Knisja Kompli aqra »

DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA FL-2011

Fid-dawl tar-riforma edukattiva ta’ tranżizzjoni mill-primarja għas-sekondarja, l‑Awtoritajiet tal-Knisja irrevedew il-kriterji u r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja.

F’dawn l-iskejjel, sa issa, kienu jidħlu b’mod “awtomatiku”  tfal mid-djar tal-Knisja, aħwa li għandhom ħuthom f’xi skola tal-Knisja, xi tfal ikkunsidrati bħala każijiet umanitarji gravi u tfal oħra li jintgħażlu bil-polza. Ma’ dawn il-kriterji qed jiżdiedu żewġ kriterji ġodda li pjuttost huma estensjoni ta’ dawk diġà eżistenti… Kompli aqra »