Yearly Archives: 2010

L-ARĊISQOF JINAWGURA PALAZZO DE PIRO

Nhar is-Sibt, 4 ta’ Diċembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona inawgura Palazzo de Piro fl-Imdina. Bħala parti mill-ftuħ ta’ Palazzo de Piro ġew esibiti xi riljevi tas-seklu sbatax.  Dawn ir-riljevi, attribwiti lill-iskultur Melchiorre Gafa’,  jirrapreżentaw it-tħabbira tal-Madonna, l-adorazzjoni tar-rgħajja, it-tħabbira tal-Madonna u l-glorja ta’ Santa Rosa ta’ Lima. Ir-restawr ta’ dawn ir-riljievi sar mid-ditta ta’ restawraturi Sante Guido b’kollaborazzjoni mal-Kapitlu Metropolitan.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Dicembru

Luqa 5,17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

6 – 12 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jiltaqa’ mal-membri tal-Grupp ‘Belong’, fil-Kunvent tal-Klarissi, San Ġiljan.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-istudenti ta’ l-iskola San Ġużepp, Blata l-Bajda jagħmlu żjara lill-Arċisqof, fil-Kurja, biex jagħtuħ l-awguri tal-Milied.

12.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-kampanja għall-ġbir ta’ fondi organizzata mill-istudenti tal-Fakulta tat-Teoloġija b’kollaborazzjoni ma’ radju RTK, fl-Universita’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Dicembru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


It-Tieni Ħadd tal-Avvent

Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu

Mattew 3,1-12

F’dawk il-jiem deher Ġwanni l-Battista jippriedka fid-deżert tal-Lhudija u   jgħid: “Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet’… Kompli aqra »

MATUL L-2009 MADWAR 27,000 PERSUNA GĦAMLU XI TIP TA’ VOLONTARJAT

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-2009 kien hemm 27,250 persuna minn 12-il sena ’l fuq li għaddew medja ta’ 23 siegħa fix-xahar f’ħidma volontarja.

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Volontarjat fl-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika semma li fi stħarriġ li sar fuq id-dħul tal-familji u l-kundizzjonijiet tal-ħajja ħareġ li tmienja fil-mija tal-popolazzjoni Maltija matul l-2009 kienet qed tagħmel xi forma ta’ volontarjat… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Dicembru

Mattew 9,35 – 10,1.6-8

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Mbagħad qal  lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.” Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

VELJA TA’ TALB GĦALL-FESTA TAL-KUNĊIZZJONI

Radju Marija Malta bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Patri Martin Caruana OP qed jorganizza Velja tal-Kunċizzjoni, nhar it-Tlieta 7 ta’ Diċembru, 2010, fis-7.00 p.m, fil-Kattidral tal-Imdina.

Il-Velja tal-Kunċizzjoni ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar sitt snin u din ir-raba’ edizzjoni se ssir fil-Kattidral tal-Imdina. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jkun qed jippresiedi din il-velja li tinkludi wkoll purċissjoni aux flambeaux mat-toroq tal-Imdina. Il-Velja se tkun animata mill-Grupp Elgibor taħt id-direzzjoni ta’ Lawrence Piscopo… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-MFSA

Nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-uffiċini tal-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) fl-Imrieħel, iltaqa’ mal-ħaddiema u ċċelebra Quddiesa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

TAIZE TISTENNA 30,000 ŻAGĦŻUGĦ U ŻAGĦŻUGĦA F’ROTTERDAM

Waqt li qed tissokta b’itinerarju li mexa minn Poznan, lejn Brussell, Geneva, Zagreb, Milan, Lisbona, Hamburg, Budapest u Pariġi, dis-sena it-33 Laqgħa Ewropea organizzata mill-komunita ta’ Taize se ssir f’Rotterdam. L-attivita bejn it-28 ta’ Diċembru u l-1 ta’ Jannar mistennija tattira mat-30,000 żagħżugħ u żagħżugħa lejn dil-belt. Dan fuq stedina tal-Konferenza Episkopali tal-Olanda, tal-Kunsill Ġenerali tal-Knisja Protestanta Olandiża u tal-Kunsill tal-Knejjes tal-Olanda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Dicembru

Mattew 9,27-31

Waqt li Ġesù kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina !” Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?” Qalulu: “Iva, Mulej.” Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom.” U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: “Qisu li ħadd ma jsir jaf b’dan.” Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma’ dak il-pajjiż kollu… Kompli aqra »