Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 7 ta’ Marzu

Luqa 13:1-9

Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom.U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm! … Kompli aqra »

AWGURI LIL MONS. VINCENT COSTA

Is-Segretarjat għas-Saċerdoti u Reliġjużi Maltin Barra mid-Djoċesi u l-Kummissjoni Emigranti jifirħu mill-qalb lill-E.T. Mons. Vincent Costa li nhar il-Ħadd, 7 ta’ Marzu se jagħti bidu għall-ministeru episkopali tiegħu fid-Djoċesi ta’ Jundiai.

Mons. Vincent Costa, imwieled B’Kara, għamel l-istudji filosofiċi fl-Universita’ ta’ Malta u dawk Teoloġiċi fil-Curitiba, Brasil.  Hu ġie ordnat saċerdot fis-17 ta’ Diċembru 1972 u wara għamel Kors tat-Teoloġija Biblika fil-Pontificio Colegio Pio Brasileiro, Ruma   Hu kien Isqof ta’ Umuarama, Brasil… Kompli aqra »

ID-DOKUMENT DWAR IL-FESTI

Fit-30 ta’ Novembru, 2009, għalaq iż-żmien ta’ konsultazzjoni dwar id-Dokument ta’  l-Arċidjoċesi dwar il-Festi. Wara, ġew analizzati l-kummenti kollha li daħlu permezz tal-emails, ta’ l-ittri, tal-kitba fil-ġurnali kif ukoll dak li ntqal fuq il-mezzi l-oħra tax-xandir.

B’kollox daħlu 563 kontribuzzjoni differenti bil-miktub (naturalment xi kontribuzzjonijiet kellhom aktar minn punt wieħed) li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu jgħidu li jaqblu jew ma jaqblux ma’ xi parti tad-Dokument… Kompli aqra »

IĊ-ĊERIMONJIER TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET LITURĠIĊI F’MALTA

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, ġie Malta mill-Vatikan, Mons. Guido Marini, li huwa iċ-Ċerimonjier taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġici tal-Papa. Huwa kellu diversi laqgħat ma’ dawk involuti fl-organizazzjoni taż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI, partikolarment ma’ dawk involuti fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġici. Mons Marini flimkien mal-kollaboraturi tiegħu ltaqa’ ma’ grupp ta’ seminaristi li se jkunu qed jagħtu servizz fil-Quddiesa mmexxija mil-Papa nhar il-Ħadd 18 ta’ April… Kompli aqra »

BUST TA’ SAN ĠORĠ PRECA F’MELBOURNE

Maltin Awstraljani f’Melbourne dan l-aħħar kixfu bust ta’ San Ġorġ Preca fiċ-ċentru tal-komunità tal-Maltin f’Parkville.

Il-bust tal-ewwel qaddis Malti nkixef u kien imbierek mill-Isqof Malti Mons Joseph Grech, DD, li kkonċelebra quddiesa tal-okkażjoni flimkien ma’ saċerdoti Maltin. Iċ-ċerimonja saret nhar is-Sibt, 20 ta’ Frar, fil-kappella ta’ San Pawl, Parkville.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-MANIKATA

6 – 8 ta’ Marzu, 2010

Is-Sibt, 6 ta’ Marzu

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Manikata, u wara jiltaqa’ man-nies.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bdiewa mill-Paroċċa tal-Manikata.

Il-Ħadd, 7 ta’ Marzu

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-Paroċċa tal-Manikata.

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali tal-Manikata u wara jibqa’ għall-ikel magħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 6 ta’ Marzu

Luqa 15, 1-3, 11-32

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom?” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid. Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajjra… Kompli aqra »

BENEDITTU XVI SE JŻUR SPANJA F’NOVEMBRU

Il-Papa Benedittu XVI se jżur Santiago de Compostela fis-6 ta’ Novembru li ġej u l-għada jmur Barcellona sabiex jikkonsagra il-Knisja tas-Sagrada Familia. Dan tħabbar miż-żewġ Arċisqfijiet taż-żewġt ibliet, il-Kardinal Lluis Martinez Sistach ta’ Barcellona u l-Arċisqof Julian Barrio ta’ Santiago. L-Arċisqof Barrio qal li l-Papa esprimax-xewqa tiegħu li jmur Santiago bħala pellegrin fil-fidi. Huwa kien il-Vatikan fil-jiem li għaddew biex jistieden lill-Papa għaż-żjara fil-pajjiż.

L-Appostlu Ġakbu l-Kbir (Santriago) hu padrun ta’ Spanja… Kompli aqra »

REAL MADRID B’APPOĠĠ GĦALL-KAMPANJA KONTRA S-SWAT TAT-TFAL B’KASTIG

Real Madrid tappoġġja l-kampanja imnedija mill-Kunsill tal-Ewropa għad-drittijiet tat-tfal, liema kampanja għandha t-tema ‘RAISE YOUR HAND AGAINST SMACKING’. Fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Forum  għall-isport u l-edukazzjoni, organizzat mill-Fondazzjoni Real Madrid fl-istadium ta’ Bernabeu, id-direttur għar-relazzjonijiet istituzzjonali ta’ dan it-tijm tal-futbol, Emilio Butragueno, għadda lid-deputat segretarju ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Maud de Boer-Buquicchio, il-firem tal-plejers b’appoġġ għall-kampanja.

Real-Madrid

Kif spjegat mill-Kunsill tal-Ewropa, il-kampanja għandha l-għan “li tinforma u tqajjem kuxjenza għad-drittijiet tat-tfal, tippromwovi skills tajba fost il-ġenituri u iktar minn kollox, telimina s-swat fuq it-tfal, li huwa l-ikbar forma ta’ abbuż, b’emendi fil-liġi”… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 5 ta’ Marzu

Mattew 21:33-36

“Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu. Meta semgħu l-parabboli tiegħu l-qassisin il-kbar u l-Fariżej fehmu li hu kien qiegħed jgħid għalihom… Kompli aqra »