Arkivji mensili: Marzu 2011

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Hajja – 6 ta’ Marzu

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Matthew 7,21-27

“Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli? … Kompli aqra »

IL-LOĠIKA TA’ ALLA – IL-LOĠIKA TA’ KRISTU – RANDAN 2011

Ħuti,

Fir-Randan il-Komunità Nisranija tagħmel riflessjoni dwar ir-Rieda ta’ Alla l-Missier u kif Sidna Ġesù Kristu wettaqha sal-mewt fuq is-salib. Hija stedina għalina biex aħna wkoll inwettqu dan fl-aspetti kollha tar-Rieda ta’ Alla fuqna.

Il-Mulej għandu modi differenti kif jiftħilna għajnejna dwar aspetti differenti tal-Pjan ta’ Alla.

Din is-sena l-Mulej fetħilna għajnejna fuq xi ħaġa li kienet hemm, iżda ħassejna lilna nfusna qisna bla qawwa quddiemha… Kompli aqra »

ITTRA PASTORALI GĦAT-TFAL – RANDAN 2011

Il-ħsieb ta’ Alla – Il-Ħsieb ta’ Ġesù

Għeżież Tfal,

Fir-Randan aħna lkoll bħala nsara tfal u kbar niġu mistiedna biex naħsbu ftit dwar dak li Alla l-Missier irid minna bħala tfal u biex niftakru kif Ġesù għamel bil-qalb dak li ried minnu Missieru sal-mewt tas-salib.  Ġesù illum qed jistieden lilkom ukoll biex bħalu tagħmlu dak li jixtieq Alla l-Missier.  Ġesù jurina kif nagħmlu dan b’ħafna modi differenti… Kompli aqra »

IL-KNISJA GĦADHA QED TIDDISKUTI ID-DOKUMENT DWAR IL-FESTI

Kuntrarjament għall-impressjoni li setgħet ingħatat mill-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fit-Toroq din il-ġimgħa, li f’covering letter għal “rapport intensiv” li ħarġet qalet li “bosta qegħdin jistaqsu fejn waslu s’issa l-konsultazzjonijiet dwar li-festi”, kelliem għall-Kurja tal-Arċisqof mhux talli kkonferma li rappreżentanti tal-Knisja fil-bidu ta’ Frar li għadda ltaqgħu ma’ uffiċjali tal-Għaqda, imma qal ukoll li ż-żewġ naħat għandhom jerġgħu jiltaqgħu dan ix-xahar.

Il-kelliemi qal li fil-laqgħa ta’ Frar kienu diskussi l-armar li jintuża waqt il-marċi u l-armar l-ieħor tal-festa… Kompli aqra »

Marzu 7 – 13

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.15 p.m. L-Arċisqof iżur il-Komunita’ tas-Sorijiet Agostinjani ta’ Fleur de Lys, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Fleur de Lys.

5.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Fleur de Lys.

7.15p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tal-istess parroċċa.

It-Tlieta

4.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Marzu

Mark 11, 27-33

Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? … Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FLEUR DE LYS

5 – 15 ta’ Marzu 2011

Il-Ġimgħa, 4ta’ Marzu

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, fil-Kurja.

Is-Sibt, 5ta’ Marzu

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ fiċ-Ċentru Familja Karmelitana.

6.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 6ta’ Marzu

10.30 a.m. L-Arċisqof izur il-Komunita’ tas-Sorijiet Qalb ta’ Ġesu’… Kompli aqra »

MILJUNI JŻURU L-VATIKAN, PERO FTIT HUMA Ċ-ĊITTADINI TA’ DAN L-ISTAT

State of the Vatican City

Miljuni ta’ ċittadini minn pajjiżi madwar id-dinja kollha jidħlu fit-territorju tal-Vatikan kull sena sabiex iżuru l-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Bażilika ta’ San Pietru, inkella jittawlu waqt li l-Papa jkun qed jitlob it-talba tal-Angelus il-Ħadd f’nofsinhar. Pero, huma biss 572 persuna li jistgħu jitolbu ċittadinanza tal-Vatikan. Dan irriżulta f’ċifri mogħtija fi ftuħ ix-xahar ta’ Marzu.

Dawk tal-aħħar huma dawk li jħorru dik li probabbilment hija l-iktar Karta tal-Identita esklussiva fid-dinja, maħruġa mill-iStat tal-Belt tal-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Marzu

Mark 11, 11-26

Daħal  Ġerusalemm u baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax. L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m’huwiex żmienu… Kompli aqra »