Arkivji mensili: Marzu 2011

IL-PAPA JGĦID LI R-RANDAN HU ŻMIEN PROFOND TA’ TIFSIR U MHUX TA’ DIEQA

Italy Pope Ash Wednesday

“Minkejja li r-Randan hu maħsub minn ħafna li hu żmien ta’ dlam u niket, huwa żmien ta’ tifsir intensive għall-Knisja”. Dan iddikjarah il-Papa fl-omelija li għamel fil-jum ta’ Ra sir-Randan, f’quddiesa preseduta minnu stess fil-Bażilika Rumana ta’ Santa Sabina.

“Fl-opinjoni tal-ħafna, dan iż-żmien wieħed donnu jħares lejh iżjed bħala wieħed ta’ dieqa. Minflok, huwa rigal prezzjuż mogħti lilna minn Alla; huwa żmien ta’ intensita fil-vjaġġ tal-Knisja; huwa wkoll l-itinerarju nnifsu tal-ġrajja tal-Għid il-Kbir… Kompli aqra »

MESSAĠĠ WAQT QUDDIESA GĦALL-ORGANIŻŻATURI TAL-FESTI

10 ta’ Marzu, 2011

Knisja S.Pawl, ir-Rabat

Ħuti,

bħalma  tafu din hi t-tielet darba f’dawn l-aħħar snin li qegħdin niltaqgħu biex aħna nagħmlu talb għall-istaġun tal-festi u għall-festi li jsiru fil-pajjiż tagħna.

Nagħmlu talb l-ewwel nett għal persuni li ħafna drabi, b’ħafna sagrifiċċji jagħtu s-sehem tagħhom ħalli jsiru dawn il-festi. U nitolbu wkoll biex anke dawn il-festi,  bħal kull ħaġa li aħna nemmnu fiha bħala komunita nisranija, ikollhom dejjem aktar spirtu nisrani għaliex il-festi nibtu mill-fidi tal-poplu nisrani u nemmnu li anke llum għandhom sens x’jagħtu lil-kultura nisranija Maltija għal dik li hija l-mixja spiritwali tal-poplu tagħna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Marzu

Mattew 9,14-15

Mbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin ta’ l-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

Il-Qaddis tal-jum:  San Oengus Kompli aqra »

IL-ĦADD, IL-PAPA JIBDA L-EŻERĊIZZI SPIRITWALI. FIL-ĠIMGĦA L-KBIRA JWIEĠEB MISTOQSIJIET TAL-PUBBLIKU FUQ IT-TV

Fr Francois Marie Lethel

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Papa se jkun qed jibda l-eżerċizzi spiritwali annwali ta’ Żmien ir-Randan, din is-sena ffukati fuq Ġwanni Pawlu II u t-teoloġija tal-qaddisin. Patri Francois-Marie Lethel, tal-Karmelitani Skalzi, se jkun qed jippriedka l-irtir bejn it-13 u d-19 ta’ Marzu. Patri Lethel hu Professur tatl-Fakulta Teoloġika Pontifiċja u anki Segretajru tal-Akkademja Pontifiċja Teoloġika.

L-eżerċizzi jibdew fis-6pm bil-vespri, meditazzjoni introduttorja, adorazzjoni ewkaristika u jispiċċaw bil-barka… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Marzu

Luqa 9,22-25

Ġesù qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbagħad jintilef jew jinqered? … Kompli aqra »

SERJE TA’ LAQGĦAT BIT-TEMA ‘IT-TISĦIĦ TAL-FAMILJA’

L-eks-President ta’ Malta, Dr Eddie Fenech Adami, id-Deputati Ewro-Parlamentari Simon Busuttil u l-Prof Edward Scicluna, il-Professur Oliver Friggieri u l-ekonomista Gordon Cordina huma wħud mill-kelliema f’sensiela ta’ seba’ laqgħat li qed jittellgħu mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija dwar l-importanza tal-familja fis-soċjetà tal-lum.

Bit-tema “It-Tisħiħ tal-Familja”, il-laqgħat għandhom l-għan “li ngħinu l-istudenti u l-pubbliku inġenerali jagħrfu l-importanza ta’ stili ta’ ħajja u valuri li jgħinu l-familja Maltija tikber fl-unità u l-imħabba”… Kompli aqra »

IS-SORIJIET AGOSTINJANI, IL-MUSEUM TAT-TFAJLIET U L-KUMMISSJONI KATEKETIKA TA’ FLEUR DE LYS

Nhar it-Tnejn 7ta’ marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mas-Sorijiet Agostinjani ta’ Fleur de Lys, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Fleur de Lys. Iktar tard dak in nhar, żar il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet u ltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika tal-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara il-programm kollu taż-Żjara Pastorali ta’ l-Arċisqof f’din il-parroċċa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-IRLANDA BI STEDINA MIFTUĦA GĦALL-KUNGRESS EWKARISTIKU TAL-2012

Cardinal Sean Brady

Il-Knisja fl-Irlanda qed tistieden nies minn mawdar id-dinja kollha għall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali 2012, sabiex jaħtfu l-opportunita biex japprofondixxu l-għaqda tagħhom ma’ Kristu u l-bqija tal-bnedmin.

Fl-aħħar jiem tnediet il-fażi preparatorja għall-Kungress li se jsir bejn l-10 u s-17 ta’ Ġunju 2012. Il-Kardinal Sean Brady, Arċisqof ta’ Armagh, nieda din il-fażi flimkien mal-Arċisqof Diarmuid Martin ta’ Dublin.

Il-Kardinal Brady innota li “l-għan ta’ kull Kungress Ewkaristiku hu li japprofondixxi l-fehim u jkabbar id-devozzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa, wisq ċentrali fil-fidi Kattolika”… Kompli aqra »

ŻMIEN IR-RANDAN

Illum, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, tal-Mewt u tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.

Matul ir-Randan, il-Knisja tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jaqraw il-Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis-sagramenti, u jattendu l-Eżerċizzi Spiritwali.

Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta’ karita’, l-Isqfijiet iqiegħdu quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta’ opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju… Kompli aqra »