Yearly Archives: 2011

IL-ĦIDMA TAL-KUMMISSJONI DJOĊESANA TFAL

Il-Kummissjoni Tfal tal-Knisja f’Malta qed taħdem biex titwaqqaf kummissjoni f’kull parroċċa li tirrapreżenta lit-tfal bil-għan li dawn jintlaħqu aktar mill-qrib u jieħdu sehem aktar attiv fil-Knisja. Matul din is-sena ġew iffurmati uffiċċjalment tlett kummissjonijiet tat-tfal, fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, San Ġiljan u Fleur-de-lys, filwaqt li xi parroċċi oħra qed iħejju biex jiffurmaw kummissjoni simili.

Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) hi magħmula minn 20 tifel u tifla minn parroċċi differenti u 4 membri adulti… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI EMIGRANTI DWAR IN-NIRIEN FI QUAKERS HILL, L-AWSTRALJA

Photo: AFP

Mal-aħbar tan-nirien li ħakmu dar tal-anżjani (nursing home) fi Quakers Hill ġewwa Sydney, l-Awstralja, il-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta kkomunikat mas-Sorijiet Dumnikani ta’ Blacktown biex tara jekk għandhomx tagħrif dwar Maltin li setgħu ndarbu. Dan peress li fl-inħawi ta’ Quakers Hill joqogħdu għadd ta’ Maltin.

Sr Georgina Sultana nfurmat lill-Kummissjoni Emigranti li hi kienet diġa għamlet kuntatt ma’ uffiċjali governattivi responsabbli minn Quakers Hill Nursing Home Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIRRINGRAZZJA L-GRADWATI ĠODDA TAL-UNIVERSITÀ

Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, għal dawk l-istudenti li ser jiggradwaw din is-sena. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof rringrazzja lill-istudenti kollha li ser jiggradwaw għall-impenn li daħlu għalih permezz tal-istudji tagħhom, biex jagħmlu s-soċjeta’ Maltija aħjar bid-diversi professjonijiet li daħlu fihom. Total ta’ 2,737 student qed jiggradwaw din is-sena li minnhom 1,658 huma nisa u 1,079 huma rġiel… Kompli aqra »

AZZJONI LEGALI KONTRA L-UŻU ĦAŻIN TAX-XBIEHA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Is-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan awtorizza lill-avukati tiegħu sabiex jibda prodeċuri legali fl-Italja u kull fejn qed jiċċirkola muntaġġ ta’ ritratt fuq kartelluni li qed jintużaw bħala parti minn kampanja ta’ riklemar tal-Benetton. Fil-kartelluni, fost personalitajiet oħra, jidher il-Papa Benedittu XVI ibus personalita oħra reliġjuża.

L-istqarrija maħruġa mid-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi, tiddikjara li l-muntaġġ u l-manipulazjoni tax-xbieha tal-Papa “hi ta’ ħsara, mhux biss għad-dinjita tal-Papa nnifsu u tal-Knisja Kattolika, iżda wkoll għas-sensibbilta ta’ dawk kollha li jemmnu”… Kompli aqra »

TLIET SEMINARISTI JIRĊIEVU L-MINISTERU TAL-LETTORAT U TAL-AKKOLITAT

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-għoti tal-ministeru tal-Lettorat u l-Akkolitat lil tliet seminaristi, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Leonard Mintoff ingħata l-ministeru tal-Lettorat, filwaqt li Charlon Muscat u Reuben Vella ngħataw il-ministeru tal-Akkolitat.

CLICK HERE to read the Archbishop’s message on this occasion.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof f’din l-okkazjoni… Kompli aqra »

X’għandek nieqes? – Meeteen 2011

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2011, l-adolexxenti flimkien mal-Arċisqof ser jiftħu ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re permezz ta’ laqgħa msejħa ‘Meeteen’ li se ssir ġewwa l-kumpless tal-Inspire f’Marsaskala bejn is-6.30 p.m. u d-9.00 p.m. L-attivita’ ta’ din is-sena bit-tema ‘X’għandek nieqes?’ ser tgħin l-adolexxenti jiffukaw fuq mistoqsijiet ċentrali dwar il-fidi tagħhom.

Din il-laqgħa annwali ġġib flimkien mijiet ta’ adolexxenti ta’ bejn 12 u 16-il sena… Kompli aqra »

BENIN TĦEJJI GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Pope in Benin Logo

Konferenza tal-aħbarijiet fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede lbieraħ ippreżentat d-dettalji dwar iż-żjara tal-Papa f’Benin li se tibda nhar il-Ġimgħa u ttul sal-Ħadd, solennita ta’ Kristu Sultan.

Id-Direttur tal-Uffiċju Stampa, il-ġiżwita Federico Lombardi, identifika l-iktar raġunijiet important għar-ritorn tal-Papa fl-Afrika wara l-vjaġġ tiegħu fl-2009 lejn Angola u Cameroon. L-ewwel qal li hemm l-iffirmar tal-Eżortazzjoni Appostolika Post Sinodali tat-tieni Assemblea Speċjali għall-Afrika tas-Sinodu tal-Isqfijiet… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONIJIET GĦALL-FESTA TA’ KRISTU RE

Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi organizzata ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Kristu Re. It-tema għal din is-sena hi “Naqsmu mal-oħrajn il-ferħ tal-fidi tagħna”. Is-Segretarju Pastorali, Fr Charles Cordina, qal li “t-tema hija bbażata fuq is-suġġett tal-evanġelizzazzjoni u dan peress li l-Arċisqof wera x-xewqa li l-Pjan Pastorali tal-Knisja f’Malta għat-tlett snin li ġejjin jirrifletti fuq il-mod li bih il-Knisja ser tqanqal mill-ġdid il-qlub ta’ dawk li warrbu l-fidi tagħhom, biex dawn jerġgħu jiskopru s-sbuħija tal-ħajja Nisranija”.   … Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAZJONI TA’ TLIET SEMINARISTI JIRĊIEVU L-MINISTERU TAL-LETTORAT U TAL-AKKOLITAT

Knisja Parrokkjali, Żurrieq

15 ta’ Novembru 2011

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk għaliex għal xi raġuni jew oħra ġejna mistiedna minn dawn it-tlett żgħażagħ biex nitolbu u nifirħu magħhom.  Dawn it-tlett żgħażagħ semgħu is-sejħa tal-Mulej biex huma jagħtu ruħhom lilu ħalli jaqdu l-Knisja fis-sċerdożju ministerjali.

Imma sakemm jaslu għal dak il-jum huma għandhom xi tappi differenti… Kompli aqra »