Yearly Archives: 2011

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IT-TIFKIRA

Konkatidral ta’ San Ġwann

13 ta’ Novembru, 2011


Eċċellenza Sur President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Illum qegħdin niċċelebraw Jum it-Tifkira, li bdiet wara l-Ewwel Gwera Dinjija, iżda li llum tfakkarna fiż-żewġ gwerer dinjija tas-seklu li għadda.

It-Tifkira ssir għal diversi raġunijiet. Issir biex niftakru f’dawk kollha, dawk fil-militar u ċivili, li tilfu ħajjithom tul dawn iż-żewġ gwerer… Kompli aqra »

‘IX-XJENZA M’GĦANDHA QATT TIKKOMPROMETTI D-DINJITA UMANA’

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ mal-parteċipanti tal-Konferenza Internazzjonali dwar iċ-ċelloli steminali tal-adulti, konferenza li kienet organizzata mill-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura. Fil-messaġġ tiegħu l-Papa tkellem dwar “il-kontribuzzjonijiet tassew rimarkabbli” li qal li x-xjenza tista’ tagħmel billi tippromwovi u tissalvagwardja d-dinjita umana. Fl-istess ħin, Benedittu XVI wissa li x-xjentisti għandhom ikunu attenti għat-tħassib etiku fil-proċess tar-riċerka, sabiex ma tkunx kompromessa d-dinjita umana.

Wara li radd ħajr lill-organizzaturi u lil dawk kollha li qed jirsistu biex jippromwovu inizjattivi kulturali u formattivi maħsuba biex jappoġġjaw riċerka xjentifika fuq ċelloli steminali tal-adulti, Papa Ratsinger qal li r-riċerka xjentifika tipprovdi opportunita unika sabiex wieħed jiskopri l-kobor tal-univers, il-kumplessita tan-natura u s-sbuħija distinta tal-ħajja, inkluż dik umana… Kompli aqra »

14-20 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra quddiesa magħhom, fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arcisqof ikun ppreżentat bil-ktieb Siltiet mill-Imgħoddi ta’ Ħajti mill-awtriċi stess, il-Markiza Emily Barbaro Sant.

6.30 p.m… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAZJONI TAL-QUDDIESA TA’ RINGRAZZJAMENT GĦALL-ISQOF EMANUEL BARBARA

Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

11 ta’ Novembru 2011

Eċċellenza Agent President ta’ Malta, Eċċellenza Mons. Emmanuel Gerada, Eċċellenze, ħuti fis-saċerdożju, fil-ħajja reliġjuża,u fil-magħmudija,

Ħuti,

aħna qed nagħmlu din iċ-ċelebrazzjoni biex nestendu fiż-żmien u fl-ispazju dak il-ferħ kbir li kien hemm ġewwa Malindi meta saret l-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Emanuel Barbara. Fiż-żmien għaliex saret fl’1 t’Ottubru; fl-ispazju għaliex mill-Kenya dan il-ferħ ġibnih hawnhekk ġewwa fina u waqt li hemmhekk ferħu għaliex kienu qed jilqgħu Isqof ġdid aħna fraħna għaliex dan l-Isqof ġdid ġie propju minn din il-Knisja tagħna li qed tgħin lil din l-Knisja ġewwa l-Kenya biex dejjem iktar tikber… Kompli aqra »

L-ISQOF MARIO GRECH JGĦID LI N-NISRANI MA JISTAX JGĦIX IR-RELIĠJON ‘TAS-SUPERMARKET’

“Hemm ir-riskju li l-kritika li Ġesù għamel lil-Lhud meta fit-tempju qalilhom “dar Missieri għamiltuha suq”, tkun tgħodd għalina l-Insara llum! Fil-fehma tiegħi hemm żewġ modi kif ir-reliġjon nistgħu nirrenduha ‘suq’. Hemm min jidhirlu li jista’ jkun Nisrani, imma fl-istess waqt iħossu ħieles li f’isem Kristu, jgħid li jrid. Hemm, imbagħad, min jaċċetta dak li jaqbillu mit-tagħlim ta’ Kristu u jwarrab dak li ma tantx jogħġbu, bħal meta wieħed imur madwar il-bankijiet li jarmaw fis-suq u ‘jieħu’ jew ‘iħalli’ dak li jfettillu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPRESIEDI L-ASSEMBLEA PARROKKJALI TAR-RABAT

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Novembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda l-Assemblea Parrokkjali tar-Rabat fis-Sala Sant Agata, ir-Rabat stess, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fir-Rabat.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

22 MARTRI TAL-GWERRA ĊIVILI SPANJOLA SE JKUNU BEATIFIKATI

Oblates

22 missjunarju Oblat tal-Immakulata Kunċizzjoni, kif jissejħu, se jkunu beatifikati f’Madrid f’Diċembru li ġej.Huma tilfu ħajjithom fl-1936 waqt il-Gwerra Ċivili Spanjola. L-oblati wettqu l-ministeru bħala mexxejja ta’ tliet komunitajiet ta’ sorijiet u kkollaboraw fil-parroċċi qrib.

L-istudenti żgħażagħ għallmu l-katekiżmu f’dawn il-parroċċi. Il-kor tagħhom kien jagħti wkoll element ta’ ħajja fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Din l-attivita reliġjuża bdiet turta lill-kumitati rivoluzzjonarji taż-żona… Kompli aqra »

SPOTS TELEVIŻIVI JISTIEDNU KATTOLIĊI LURA ATTIVI FI ĦDAN IL-KNISJA

Catholics Come Home

Ministeru Amerikan ħa inizjattiva sabiex għadd ta’ kattoliċi jerġgħu lura attivi fi ħdan il-Knisja Kattolika fil-pajjiż. L-inizjattiva tikkonsisti fi spots televiżivi li huma maħsuba li jilħqu  mal-250 miljun persuna tul l-istaġun tal-Milied.

“Catholics Come Home” se jkun qed jippreżenta spots bi stedina ta’ minuta lill-kattoliċi biex jerġgħu jersqu lejn il-Knisja u l-ħajja tal-parroċċa tagħhom. Bejn is-16 ta’ Diċembru u t-8 ta’ Jannar 2012, l-ispots se jkunu trasmessi għal iktar minn 400 darba u huma maħsuba li jilħqu kull djoċesi Amerikana… Kompli aqra »

155 PERSUNA JIGGRADWAW MILL-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Knisja f’Malta organizza ċ-ċerimonja annwali ta’ gradwazzjoni għal 155 persuna li matul l-aħħar sena akkademika temmew b’suċċess 9 korsijiet differenti. Din iċ-ċerimonja li għaliha attenda l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. saret fis-Seminarju, tal-Virtù, nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru 2011. Il-korsijiet li saru kienu:

  • General Education Award in Evangelisation (MQC level 4)
  • A Short Introduction to the Liturgy (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Natural Family Planning (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Christian Leadership II (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Christian Leadership III (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Theology (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Catholic Religious Education (MQC level 7)

Għall-ewwel darba ngħataw ċertifikati għall-korsijiet li huma akkreditati mill-Malta Qualifications CouncilKompli aqra »

ISQFIJIET IWISSU DWAR THEDDIDA TA’ GWERRA ĊIVILI FIS-SUDAN

Sudan violence

L-Isqfijiet fis-Sudan wissew li l-vjolenza dejjem tinfirex fis-Sudan, partikolarment fin-nofsinhar tal-pajjiż, qed twassal biex tikber it-theddida ta’ gwerra ċivili, iktar u iktar jekk il-komunita internazzjonali ma tintervjenix. Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tas-Sudan, li sservi l-pajjiż u anki n-nofsinhar tal-pajjiż – riċentament iddikjarat Stat ġdid, qalu f’komunikat li tinħass ħtieġa immedjata għal intervent min-naħa tal-komunita internazzjonali… Kompli aqra »