Yearly Archives: 2011

IL-ĦIDMA SOĊJALI TAL-KNISJA F’MALTA MAL-ANZJANI

Wieħed mill-oqsma soċjali li fiħ il-Knisja toffri servizz u li għalih jinħareġ sussidju sostanzjali huwa dak tal-anzjani, b’responsabbiltà diretta ta’ ħames djar li fihom jgħixu madwar 303 residenti. Minbarra dawn id-djar, hemm 9 djar oħra li jitmexxew mill-ordnijiet reliġjużi u li fihom jgħixu madwar 359 residenti.

Dar Sant’ Anna hija waħda mid-djar tal-anzjani li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ diretta tal-Arċidjoċesi… Kompli aqra »

LAQGĦA DWAR HENRY U INEZ CASOLANI

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2011, se ssir laqgħa bit-tema: Henry u Inez Casolani ‘Qaddejja ta’ Alla fiż-żwieġ u fil-familja.’ Il-Kelliem ewlieni se jkun Fr Paul Chetcuti SJ. Se jkun hemm ukoll esperjenzi personali mill-Perit Vincent Cassar u l-Kardjologu Dr Robert Xuereb. Din il-laqgħa se ssir fl-iskola ta’ Santa Monika, B’Kara u tibda fis-7.00 p.m.

Henry u Inez Casolani iżżewġu fid-19 ta’ April 1944 fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt… Kompli aqra »

FERTILITA BAXXA U TKABBIR EKONOMIKU BAXX



Inqas tfal u numru dejjem jonqos ta’ koppji miżżewġa se jkollu impatt fuq it-tkabbir ekonomiku u l-abbilta tal-Gvernijiet sabiex jiffinanzjaw programme soċjali. Din it-twissija ħarġet fid-deher fir-rapport li għadu kemm ġie ppubblikat bl-isem ‘The Sustainable Demographic Dividend: What Do Marriage & Fertility Have To Do With The Economy? Ir-rapport kien ippubblikat mill-Istitut għax-Xejriet Soċjali, ko-sponsorjat minn numru ta’ gruppi tal-familja u universitajiet… Kompli aqra »

INTOM IL-FAMILJA TIEGĦI

Nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru 2011, fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kien hemm arja ta’ festa, arja ta’ ferħ.  Dan għaliex l-awtoritajiet tal-CCF, l-istaff, P.Franco Fenech Franġiskan Kapuċċin Kappillan tal-Faċilita’, flimkien ma’ P.Joe Buttiġieġ Franġiskan Kapuċċin u Dun Charles Gauci u mhux inqas għadd kbir ta’ priġunieri, inghaqdu sabiex jiċċelebraw tlett okkażjonijiet sbieħ.

L-ewwel okkażjoni kienet il-festa tal-Beata Enrichetta Alfieri, soru tal-Karita ta’ Santa Ġiovanna Antida Thouret… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA F’SAN DUMINKU, RABAT

Nhar is-Sibt 8 ta’ Ottubru, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-komunita’ ta’ St Joseph of the Apparition,ir-Rabat, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa f’San Duminku r-Rabat, wara ltaqa’ man-nies tal-post u aktar tard iltaqa’ mal-komunita ta’ San Duminku u kiel magħhom.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek… Kompli aqra »

RAPPORT FINANZJARJU U PASTORALI GĦAS-SENA 2010

Fid-diskors li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kien għamel quddiem il-Papa Benedittu XVI fiż-żjara tiegħu fostna, kien stqarr li “il-Knisja tibda mill-imħabba lejn kull bniedem.”

Kien dan il-motiv li wassal il-Knisja f’Malta tkun ewlenija fil-ħidma li tgħin persuni f’diffikultà.  Għal dan il-għan bniet istituzzjonijiet sħaħ biex tkun ta’ servizz.  Bosta kienu dawk li kkonsagraw ħajjithom biex joffru dan is-servizz, filwaqt li numru sabiħ ta’ lajci nsara volontarjament ħassew li għandhom imiddu għonqhom f’ħidma favur il-batut.  … Kompli aqra »

10 – 16 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 p.m.L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom Quddiesa fil-bidu ta’ sena ġdida ta’ formazzjoni fis-Seminarju tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ‘A’ tar-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-paroċċa.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtu’.

7.00 p.m… Kompli aqra »

SEJJAĦTLI & UĊUH

SEJJAĦTLI fuq Favourite TV nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru 2011 fis-6.30pm u UĊUĦ fuq NET TV nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru fl-10.30am

Matul din l-iskeda l-ġdida Sejjaħtli ser ikun qed iwassal messaġġ pożittiv permezz ta’ drama mmprovizzat fl’istudio minn atturi li jirrappreżentaw karattri rejali. Filwaqt li nidħlu fil-ħajja tal-persunaġġi waqt li jiġu trattati temi varji,Sejjaħtli ser iħares fil-fond lejn iċ-ċirkostanzi li setgħu ġew jew evitati jew ittratti b’mod differenti biex ir-riżultat ma jkunx traġiku… Kompli aqra »

DIRETTUR ĠDID TAL-APPOSTOLAT TAL-BAĦAR

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nnomina lil Fr Joe Borg biex ikun Direttur tal-Appostolat tal-Baħar.

Fr Borg twieled Ħal Qormi (Parroċċa San Bastjan) nhar is-7 ta’ Frar 1943. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi u fis-Seminarju Minuri. F’Ottubru tal-1962 beda l-kors tal-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fl-1970. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, fejn għal perijodu ta’ ħames snin kien viċi-kappillan… Kompli aqra »

IT-TRIBUNAL TAL-KNISJA BI SPIŻA TA’ KWAŻI €550,000

Matul is-sena li għaddiet il-Knisja tat kontribut ta’ €546,000 biex tagħti servizz pastorali fit-Tribunal tagħha. L-ispiża tkopri ż-żewġ Tribunali li għandha l-Knisja f’Malta, jiġifieri dak tal-Ewwel Istanza u dak Reġjonali tal-Appell, jew kif jissejjaħ, dak tat-Tieni Istanza.

Fl-istess waqt, dawk li ngħataw servizz mit-Tribunal bejniethom taw kontribut li jlaħħaq il-€103,000, biex b’hekk il-Knisja tkun ħarġet sussidju ta’ ftit aktar minn €443,000 għall-operat tat-Tribunal fl-2010… Kompli aqra »